Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Superviżjoni tal-banek tagħna

Is-superviżuri Ewropej jgħinu biex is-sistema bankarja tinżamm sikura u soda. Huma jissorveljaw il-banek b'mod konsistenti u standardizzat fiż-żona tal-euro kollha. Dan ifisser li l-banek jistgħu jwettqu l-funzjonijiet vitali tagħhom: jissalvagwardjaw it-tfaddil tiegħek u jagħtu self lil nies u negozji.

Is-superviżjoni bankarja Ewropea - xi tkun?

Flusek fis-sikur

Il-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għaqdu ir-riżorsi tagħhom fl-2014. Huma jaħdmu flimkien bħala superviżjoni bankarja Ewropea biex iżommu s-settur bankarju b'saħħtu. Kollox biex jiġi żgurat li s-sistema finanzjarja tibqa’ stabbli u li t-tfaddil tiegħek ikun sikur. Skopri aktar f'dan il-vidjow qasir.

Għaliex għandhom jiġu sorveljati l-banek?

Is-superviżjoni tgħin biex il-banek jinżammu f'saħħithom. Għandek bżonn li l-bank tiegħek ikun b'saħħtu sabiex ikollok aċċess għas-servizzi li jipprovdu. Jeħtieġ ukoll li l-banek jibqgħu b’saħħithom biex jiżguraw li s-sistema finanzjarja tibqa’ stabbli. Skopri aktar permezz tal-link hawn taħt.

Għaliex għandhom jiġu sorveljati l-banek kummerċjali?

Is-superviżuri jaħdmu għalik

Superviżuri bankarji Ewropej jiċċekkjaw li l-banek jikkonformaw mar-regoli. Il-kollega tagħna François jispjega kif dan fl-aħħar mill-aħħar iservi lilek u lill-poplu tal-Ewropa, peress li jgħin biex jiżgura li l-banek ikunu sikuri u sodi.

Ittestja lilek innifsek!

Ara kemm taf dwar is-superviżjoni bankarja b’dan il-kwiżż interattiv.