Ħarsa ġenerali

Dar ġdida għall-BĊE

Rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha tistabbilixxi li għal żmien fit-tul huwa ħafna aktar ekonomiku li jkollok il-bini tiegħek milli tikri post għall-uffiċċji. Għalhekk il-Bank Ċentrali Ewropew bena l-post tiegħu fuq l-art tal-Grossmarkthalle (li dari kienet il-pitkalija ta’ Frankfurt). Il-bini ġie ddisinjat mill-kumpanija tal-arkitetti bbażata fi Vjenna COOP HIMMELB(L)AU, li fl-2004 rebħet l-ewwel premju f’kompetizzjoni internazzjonali tal-ippjanar u d-disinn urbanistiku.

185 metru: l-għoli tal-bini tal-uffiċċji
aktar

120,000 m²: il-medda tal-art kollha
aktar

250 metru: it-tul tal-Grossmarkthalle
aktar

Għażla tal-post

Meta fl-1992 ġie ffirmat it-Trattat ta’ Maastricht, ġie deċiż li l-BĊE jkollu l-post tiegħu fi Frankfurt am Main. Fl-1998, meta l-BĊE beda jopera minn uffiċċji mikrijin fil-Eurotower, il-bank beda jfittex post xieraq fi Frankfurt am Main fejn seta’ jibni s-sede tiegħu. Wara li ġew eżaminati 35 post fil-belt kollha, il-BĊE fl-aħħar iddeċieda li juża l-art tal-Grossmarkthalle (il-pitkalija l-qadima) u jinkorpora l-bini eżistenti fid-disinn tal-bini l-ġdid tiegħu.

Studju ta’ fattibbiltà wera li dan il-post kien l-iżjed wieħed vijabbli ekonomikament, kellu konnessjonijiet tajbin fejn tidħol l-infrastruttura, seta’ jilħaq il-ħtiġijiet ta’ wisa’, u kien l-aħjar post biex setgħu jiġu implimentati l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa minn bank ċentrali. Barra minn hekk, il-post kien joffri wisa’ biżżejjed għal aktar kostruzzjoni u estensjonijiet.

Il-biċċa l-kbira tal-membri tal-istaff li jaħdmu fil-qasam tal-politika monetarja issa qegħdin jaħdmu taħt saqaf wieħed fid-distrett ta’ Ostend fi Frankfurt am Main. Madankollu, billi l-bini ġdid ġie ddisinjat fi żmien meta ma kienx previst li l-BĊE kien se jieħu f’idejh ir-responsabbiltà għas-superviżjoni bankarja fiż-żona tal-euro, f’Novembru 2013 il-BĊE ħa d-deċiżjoni li jkompli jikri l-Eurotower biex fih iżomm l-istaff tas-superviżjoni bankarja. Il-membri tal-istaff li jipprovdu servizzi komuni jinsabu fiż-żewġ binjiet.

73 kilometru tikħil ta’ fili
aktar

4,300 tunnellata ta’ azzar
aktar

3,500 bieb
aktar

Funzjonali u flessibbli

Id-dokument tal-kompetizzjoni, id-deċiżjoni finali tal-ġurija u l-fażijiet sussegwenti tal-ippjanar kienu jiffukaw fuq il-funzjonalità u s-sostenibbiltà tal-bini l-ġdid, u dawn iż-żewġ aspetti ewlenin se jibqa’ jkollhom sehem importanti fil-mod kif jintuża l-bini. Id-disinn tal-istruttura u l-użu tal-wisa’ fil-bini l-ġdid joħolqu ambjent tax-xogħol li jissodisfa diversi ħtiġijiet funzjonali u jiffaċilita l-komunikazzjoni bil-miftuħ biex jissaħħu l-ħidma u l-interazzjoni f’kull livell. Fl-istess ħin, il-livell ta’ flessibbiltà fid-disinn jippermetti li jsir tibdil skont il-ħtieġa bl-inqas sforz.

6,000 element fil-faċċata
aktar

Iżjed minn 700 siġra
aktar

14-il puntal djagonali tal-azzar
aktar

Bini karatteristiku tal-belt

Il-kumpless tal-bini ġie żviluppat bħala parti minn proċess ta’ disinn urbanistiku li kellu ċ-ċentru tal-belt ta’ Frankfurt bħala l-punt ta’ tluq tal-allinjament tiegħu. Ir-riżultat huwa bini prominenti karatteristiku tal-belt fuq l-art tal-Grossmarkthalle, filwaqt li t-torri tal-uffiċċji jestendi l-profil tal-bini għoli ta’ Frankfurt lejn il-lvant. L-istorja saret parti mill-BĊE meta s-sala ewlenija tal-pitkalija l-qadima tal-belt inbidlet u ġiet integrata fid-disinn, sabiex żdiedet l-uniċità ta’ dan il-bini karatteristiku fid-distrett ta’ Ostend fi Frankfurt.