Fażi tat-titjib

Deċiżjoni preliminari

Id-disinn qabel il-fażi tat-titjib

Id-disinn qabel il-fażi tat-titjib

© Frank Hellwig

Meta għażel lil COOP HIMMELB(L)AU biex ifassal il-pjanti għall-kwartieri l-ġodda tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jintroduċi fażi ta' titjib. B'kooperazzjoni mal-BĊE, il-periti għamlu reviżjoni tal-kunċett tad-disinn tagħhom waqt li qiesu l-ħtiġijiet funzjonali u spazjali riveduti, biex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi u biex jitnaqqsu l-ispejjeż. Fl-istess ħin, il-BĊE ħadem mill-qrib mal-awtoritajiet ta' Frankfurt biex is-sit tal-Grossmarkthalle jiġi integrat fl-infrastruttura tal-belt.

Approvazzjoni

Id-disinn wara li ntemmet il-fażi tat-titjib

Id-disinn wara li ntemmet il-fażi tat-titjib

© Robert Metsch

Fil-15 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill Governattiv approva l-proġett tad-disinn imtejjeb ta' COOP HIMMELB(L)AU għall-kwartieri l-ġodda tal-BĊE. Il-proġett il-ġdid kien għal kollox konformi mal-ħtiġijiet tal-BĊE.

Bidliet

Il-fażi tat-titjib wasslet għal ħafna bidliet fil-proposta tad-disinn:

  • L-ewwelnett, ġie introdott element ġdid tal-bini, li se jaqsam il-Grossmarkthalle, jikkollega s-sala mat-torrijiet tal-uffiċċji u jipprovdi intrata distinta għall-kwartieri l-ġodda tal-BĊE mit-tramuntana.
  • It-tieni, ġie intensifikat l-użu tal-Grossmarkthalle, waqt li ttejbet il-veduta tal-Grossmarkthalle min-Nofsinhar.
  • Il-ħtiġijiet riveduti wasslu għal tnaqqis fl-għadd ta' postijiet tax-xogħol minn 2,500 għal 2,300. Dawn se jkunu okkupati minn 1,500 sa 1,800 membru tal-istaff tal-BĊE, kif ukoll minn esperti tal-banek ċentrali nazzjonali, konsulenti esterni, żgħażagħ li jkunu qed jitħarrġu u staff temporanju.