Fażi tal-ippjanar

Id-diversi fażijiet tal-ippjanar

Il-bini tad-daħla joħloq intrata distinta mit-tramuntana

Il-bini tad-daħla joħloq intrata distinta mit-tramuntana

© ISOCHROM.com

Wara li COOP HIMMELB(L)AU tejbu d-disinn rebbieħ tagħhom fl-2005, abbażi tal-ħtiġijiet funzjonali, spazjali u tekniċi riveduti, u wara li ġie stabbilit il-baġit, il-proġett għadda għall- fażi tal-ippjanar preliminari (2006) u mbagħad għall-fażi tal-ippjanar dettaljat (2007).

Id-diversi stadji

Il-fażi tal-ippjanar preliminari u dik tal-ippjanar dettaljat kienu jinvolvu:

  • Tħejjija u implimentazzjoni tal-proċeduri meħtieġa għas-sejħa għall-offerti biex il-kuntratti tas-servizzi jingħataw lill-dawk li kienu qed jippjanaw, lill-esperti, periti, inġinieri u kumpaniji tal-kostruzzjoni li kienu se jkunu involuti fl-ippjanar u l-kostruzzjoni tal-bini
  • Preżentazzjoni tal-pjanti lill-awtoritajiet tal-Belt ta' Frankfurt biex jinħarġu l-permessi meħtieġa għall-bini, u reviżjoni tal-pjanti kollha biex dawn ikunu konformi mar-regolamenti tal-bini applikabbli, p.e. kowd tal-bini, ħarsien kontra n-nar u standards ta' saħħa u sigurtà
  • Aġġornament tal-pjan tal-ispejjeż biex dan ikun konformi mal-baġit ġenerali
  • Żvilupp tad-disinn u tal-pjanti dettaljati korrispondenti bbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet riveduti tal-bini u fuq il-valutazzjoni kontinwa tal-inġinieri