Navigation Path: Home > The European Central Bank > Materjal edukattiv
Taħseb li taf biżżejjed dwar il-BĊE u l-Eurosistema? Ipprova din il-logħba kwiżż u ssir taf!
Issib mistoqsijiet dwar is-sehem u d-dmirijiet tal-BĊE, l-Eurosistema u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali. Wieġeb tajjeb u iġbor is-seba' dokumenti bit-tagħrif meħtieġ għall-Kunsill Governattiv li jiltaqa' fis-sular ta' fuq nett biex jiddeċiedi dwar ir-rati tal-imgħax għaż-żona tal-euro! Ilgħab
Tista’ tikkontrolla l-inflazzjoni? Żommha baxxa – sewwasew taħt 2% – u stabbli.
Taf x’differenza tgħaddi bejn deflazzjoni, stabbiltà tal-prezzijiet, inflazzjoni għolja u iperinflazzjoni? It-tweġibiet issibhom fil-Gżira tal-Inflazzjoni.
Qiegħed tfittex post ta' trainee, ta' gradwat jew ta' PhD mal-Bank Ċentrali Ewropew? Qiegħed tikteb teżi dwar l-attivitajiet tal-banek ċentrali jew xi suġġett marbut magħhom fl-ekonomija? Mela fittex aktar tagħrif dwar il-BĊE u l-politika monetarja fil-websajt tagħna kif ukoll permezz tal-links għall-pubblikazzjonijiet tagħna. Hawn tista' ssir taf ukoll dwar l-opportunitajiet ta' xogħol differenti mal-BĊE u tara x'postijiet battala hemm.
Tinteressa ruħek fl-ekonomija? Mela idħol għall-Premju Ġenerazzjoni tal-€uro. Il-kompetizzjoni hi miftuħa għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji fiż-żona tal-euro li jridu jitgħallmu aktar dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet, il-BĊE u l-politika monetarja. Ir-rebbieħa jiġu mistiedna jattendu għall-okkażjoni tal-għoti tal-premjijiet fi Frankfurt am Main fil-preżenza tal-President tal-BĊE!
B’taħlita ta’ logħob, xbihat interattivi, pubblikazzjonijiet u wirja, l-Iskola tal-Euro hi kunċett ġdid mibni b’sensiela ta’ għodod edukattivi.
L-għan tagħha hu li tagħtik aktar tagħrif dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro u dwar il-karatteristiċi ta’ sigurtà tagħhom b’mod li jiġbdek u jagħtik gost.
Dan il-materjal – maħsub għall-għalliema u ż-żgħażagħ – ifiehem l-importanza tal-istabbiltà tal-prezzijiet mill-perspettiva tal-konsumatur aħħari. Jiġbor fih filmat ta’ tmien minuti, fuljett għall-istudenti u ktejjeb għall-għalliema.
Sensiela ta’ għaxar filmati dwar aspetti differenti tal-attività tal-banek ċentrali fiż-żona tal-euro.
Il-BĊE jipprova jżomm ir-rata tal-inflazzjoni sewwasew taħt 2%. Kif jasal għal dan? X’kien il-fattur li ħalla l-akbar effett fuq ir-rata tal-inflazzjoni x-xahar li għadda?
FATTI hija sensiela ta’ slajds u materjal stampat li tista’ tintuża minn għalliema u kelliema għat-tħejjija ta’ preżentazzjonijiet. Tagħti ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-banek ċentrali fl-UE. Hija maħsuba għal min diġà jaf xi ħaġa dwar is-suġġett.
Ara s-slajds u t-testi skont is-suġġett: