Dwar il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Ewropew: il-bank ċentrali taż-żona tal-euro

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa l-bank ċentrali tad-19-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li adottaw l-euro. Il-kompitu ewlieni tagħna huwa li nżommu l-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro u b’hekk nikkonservaw is-saħħa tal-akkwist tal-munita unika.



X’tip ta’ organizzazzjoni huwa l-BĊE?

Il-BĊE huwa istituzzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tinsab fil-qalba tal-Eurosistema kif ukoll tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku għas-superviżjoni bankarja. Hawn issib tagħrif dwar kif aħna organizzati u min huma l-membri tal-Kunsill Governattiv, il-korp deċiżjonali ewlieni tal-BĊE.

Min jieħu d-deċiżjonijiet
Organigramma tal-BĊE




L-għanijiet tal-BĊE

Il-missjoni tagħna hija li naqdu lill-poplu tal-Ewropa billi nissalvagwardaw il-valur tal-euro u nżommu l-istabbiltà tal-prezzijiet. Hawn issib aktar tagħrif dwar l-għanijiet tal-BĊE, l-Eurosistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.

Dikjarazzjoni tal-għanijiet




X’inhuma l-funzjonijiet tagħna?

Aħna niddefinixxu u nimplimentaw il-politika monetarja taż-żona tal-euro u nwettqu għadd ta’ kompiti oħra, fosthom is-superviżjoni bankarja.

Funzjonijiet tal-BĊE
BĊE, SEBĊ u Eurosistema




Responsabbiltà lejn il-poplu tal-Ewropa

Aħna naħdmu għall-poplu tal-Ewropa u rridu nagħtuh rendikont formali permezz tal-Parlament Ewropew. It-Trattati tal-Unjoni Ewropea jispeċifikaw il-mezzi differenti ta’ rendikont, fosthom il-pubblikazzjoni ta’ Rapport Annwali.

Responsabbiltà
Rapport Annwali (bl-Ingliż)