European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Tisrif tal-flus nazzjonali

Il-karti tal-flus u l-muniti nazzjonali ta’ qabel, bħall-mark Ġermaniż, fil-biċċa l-kbira għadhom jistgħu jissarrfu f’euro. Dan jista’ jsir biss mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-Bank Ċentrali Ewropew ma jsarrafx karti tal-flus jew muniti.

Biex tara liema karti tal-flus għadhom jistgħu jissarrfu f'euro, ikklikkja fuq isem il-pajjiż fit-tabella hawn taħt u kkonsulta t-termini mogħtija. Ħafna banek ċentrali nazzjonali għadhom isarrfu karti tal-flus ta' sensiliet eqdem minn dawk li jidhru hawn.

Dati sa meta jistgħu jissarrfu l-flus

Xi banek ċentrali stabbilixxew data sa meta jistgħu jissarrfu l-karti tal-flus u l-muniti nazzjonali.

Dati sa meta jistgħu jissarrfu l-flus
Pajjiż Tisrif ta’ karti tal-flus sa Tisrif ta’ muniti sa
Awstrija bla limitu bla limitu
Belġju bla limitu 31 ta' Diċembru 2004
Kroazjabla limitu31 ta' Diċembru 2025
Ċipru 31 ta' Diċembru 2017 31 ta' Diċembru 2009
Estonja bla limitu bla limitu
Finlandja 29 ta' Frar 2012 29 ta' Frar 2012
Franza 17 ta' Frar 2012 17 ta' Frar 2005
Ġermanja bla limitu bla limitu
Greċja 1 ta' Marzu 2012 1 ta' Marzu 2004
Irlanda bla limitu bla limitu
Italja 6 ta' Diċembru 2011 6 ta' Diċembru 2011
Latvja bla limitu bla limitu
Litwanja bla limitu bla limitu
Lussemburgu bla limitu 31 ta' Diċembru 2004
Malta 31 ta' Jannar 2018 1 ta' Frar 2010
In-Netherlands 1 ta' Jannar 2032(1) 1 ta' Jannar 2007
Portugall 28 ta' Frar 2022 31 ta' Diċembru 2002
Slovenja bla limitu 3 ta' Jannar 2017
Slovakkja bla limitu 2 ta' Jannar 2014
Spanja 30 ta' Ġunju 2021 30 ta' Ġunju 2021
(1) De Nederlandsche Bank ma jsarrafx guilders miksuba minn attivitajiet kummerċjali wara s-27 ta’ Jannar 2002. Għal iżjed informazzjoni, jekk jogħġbok ara s-sit web ta' De Nederlandsche Bank.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima