Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ: #AskDraghi

Qed norganizzaw it-tielet Djalogu taż-Żgħażagħ, din id-darba bi sħubija ma' Debating Europe – pjattaforma onlajn fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiddiskutu suġġetti attwali mal-mexxejja tal-Ewropa.

Mis-17 sat-23 ta' Jannar 2018, tlabnikom tibagħtu mistoqsijiet għall-President Draghi, permezz ta' Twitter u Facebook, dwar xi wieħed mis-suġġetti li ġejjin:

  • L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u l-qgħad fost iż-żgħażagħ
  • cryptocurrencies u blockchain
  • il-possibbiltà ta' kriżi ekonomika globali ġdida

Araw it-tweġibiet tiegħu għall-ħames mistoqsijiet magħżula u mbagħad ħudu sehem fid-dibattitu billi tħallu kumment jew fuq il-midja soċjali jew fuq il-websajt ta' Debating Europe!

L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u l-qgħad fost iż-żgħażagħ

Il-President Draghi jikkonferma li l-ekonomija Ewropea ilha tespandi kontinwament għal bosta snin u l-impjieg hu ogħla minn qatt qabel, iżda rridu nibqgħu ntejbu s-sitwazzjoni u niżguraw li kulħadd igawdi l-benefiċċji.

L-Ewropa meta se tirkupra għalkollox mir-reċessjoni li laqtitha?

Immaginaw li l-intelliġenza artifiċjali u r-robots jikkawżaw qgħad massiv (fost iż-żgħażagħ). Il-BĊE kif jirreaġixxi?

Blockchain u cryptocurrencies

Blockchain hi teknoloġija innovattiva li tista' ttejjeb l-effiċjenza. Qed inqisu jekk tkunx tista' tintuża fis-servizzi tagħna stess fil-futur. Dwar il-Bitcoin u jekk għandkomx tafdawha, il-President Draghi jagħti parir li noqogħdu attenti, billi mhux appoġġata minn xi bank ċentrali jew xi gvern, u qal ukoll li mhux kompitu tal-BĊE li jirregolaha.

Kif nistgħu nisfruttaw it-teknoloġija blockchain biex tappoġġa l-ekonomija?

Kieku kont student universitarju żagħżugħ bħali, kont tixtri ftit Bitcoin u żżommha għas-sikurezza?

Kriżi ekonomika globali

L-aħħar kriżi kienet severa, iżda issa l-agħar għadda. Il-pajjiżi Ewropej daħlu fil-kriżi b'dgħufijiet kbar ħafna u ma' setgħux jirreaġixxu b'mod adegwat. Illum, sar progress sinifikanti f'ħafna oqsma, u dan saħħaħna għall-futur.

Taħseb li l-UE u l-BĊE se jkunu jistgħu jagħmlu biżżejjed riformi biex ikunu jistgħu jlaħqu ma' kriżi ekonomika kbira oħra, qabel ma sseħħ il-kriżi li jmiss?

Tagħrif ieħor

Trid tkun taf aktar dwar is-suġġetti ta' dan id-Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ? Agħti titwila lejn il-paġni li ġejjin!

Il-possibbiltà ta' kriżi ekonomika globali ġdida
Cryptocurrencies u blockchain
L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa u l-qgħad fost iż-żgħażagħ
  • Youth unemployment in the euro area (Diskors ewlieni ta' Mario Draghi, President tal-BĊE, għal Henry Grattan Lecture Series fi Trinity College, Dublin, 22 ta' Settembru 2017)
  • Accompanying the economic recovery (Diskors ta' Mario Draghi, President tal-BĊE, waqt il-Forum tal-BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali, Sintra, 27 ta' Ġunju 2017)

Ġrajjiet tal-imgħoddi

Settembru 2017, Dublin, l-Irlanda
Youth, innovation and productivity in Europe, Lisbon 2017

Il-President Mario Draghi ltaqa' ma' ċittadini żgħażagħ Ewropej nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru 2017, fi Trinity College Dublin.

L-avveniment ġie organizzat bi sħubija mas-Central Bank of Ireland u Trinity College Dublin.

Il-blockchain se jkollu rwol fil-futur? Il-potenzjal ta' bżieżaq tal-prezzijiet tad-djar hu kawża ta' tħassib kontinwu għall-Kunsill Governattiv? Sa fejn il-gwida għall-ġejjieni u komunikazzjoni ċara huma meqjusa bħala komponent ewlieni tal-banek ċentrali moderni?

Ara l-iskambju ta' mistoqsijiet u tweġibiet dwar dawn u suġġetti oħra bejn il-President Draghi u studenti tal-ekonomija minn Trinity College Dublin.

Youth, innovation and productivity in Europe, June 2017, Lisbon, Portugal
Youth, innovation and productivity in Europe, Lisbon 2017

Il-President Mario Draghi mexxa l-ewwel Djalogu tal-BĊE maż-Żgħażagħ, f'Lisbona.

Dan ġie organizzat bi sħubija mal-Banco de Portugal u ISEG – Lisbon School of Economics and Management.

Esplora d-diskussjoni dwar it-tifsira tal- innovazzjoni u l-produttività għaż-żgħażagħ.