Konkors Euro Video Challenge

Euro Video Challenge

L-isfida

Tista' tispjega suġġetti ekonomiċi b'mod li jagħti gost? Tħobb tiġbed vidjos?

Jekk għandek bejn 18 u 30 sena din hi opportunità biex tirrakkonta l-istorja tiegħek u turina t-talent tiegħek billi tissottometti vidjo oriġinali, ta' mhux iżjed minn 2 minuti u 20 sekonda, dwar suġġett ekonomiku relatat mal-attivitajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew! Id-data tal-għeluq biex tissottometti l-vidjo tiegħek hi l-24 ta' Settembru 2017.

X'nista' nirbaħ?

L-individwi jew timijiet li jipproduċu l-aħjar vidjos jiġu mistiedna jattendu ċerimonja ta' premjazzjoni fl-10 anniversarju tal-konferenza dwar l-ekonomija “Les Journées de l’économie” (Jéco) f'Lyon (Franza nhar il-Ħamis, 9 ta' Novembru 2017.

L-ewwel premju għall-vidjo rebbieħ hu ta' €4,000.

It-tienu u t-tielet premju ta' €3,000 u €2,000 rispettivament jistgħu jingħataw bħala premjijiet ukoll skont id-deċiżjoni tal-ġurija dwar il-kwalità tal-vidjos.

L-aħjar vidjos jistgħu wkoll jidhru fil-midja soċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew u Jéco!

Kif tieħu sehem

1. Ipproduċi vidjo!

  • Irrakkuntalna l-istorja tiegħek dwar suġġett ekonomiku relatat mal-attivitajiet tal-Bank Ċentrali Ewropew. Din għandha tkun ippreżentata b'mod sempliċi li jiġbed l-attenzjoni; għandha tkun adattata għal udjenza ta' età żgħira li mhux bilfors ikollha għarfien preċedenti tas-suġġett.
  • Il-vidjos jistgħu jkunu bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan jew bl-Ispanjol. Għandhom ikunu f'format orizzontali u ma m'għandhomx ikunu itwal minn 2 minuti u 20 sekonda. Għandek tissottometti wkoll l-iskript tal-vidjo (massimu ta' 1,500 kelma).
  • Għandek problema biex tagħżel suġġett? Hawn issib xi ideat:
    • Għaliex munita unika għall-Ewropa?
    • Għaliex mhux munita dinjija?
    • Hu importanti l-valur tal-euro fil-konfront tad-dollaru?
    • Għaliex id-dejn żejjed hu problema? Il-problema hi d-dejn pubbliku jew id-dejn privat?
    • Għaliex hi problema l-inflazzjoni għolja?
    • Il-banek li jkunu fl-inkwiet għandhom jingħataw flus pubbliċi?
    • Kif se tkun id-dehra tal-flus fil-futur?
    • Il-politika monetarja tista' tnaqqas l-inugwaljanzi soċjali?
    • Il-ħaddiema għandhom ikunu iżjed lesti jiċċaqalqu minn post għall-ieħor fiż-żona tal-euro?

2. Irreġistra fuq il-websajt tal-kompetizzjoni u ssottometti l-vidjo tiegħek sal-24 ta' Settembru 2017!

Paġna tar-reġistrazzjoni

Bħala istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea fejn id-diversità tintlaqa' u tiġi apprezzata, inħeġġu partikolarment lin-nisa biex jidħlu għall-kompetizzjoni.

Nawgurawlek!