European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Indipendenza politika

L-indipendenza tal-BĊE twassal biex tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Dan hu sostnut minn analiżi teoretika estensiva u minn evidenza empirika dwar l-indipendenza tal-banek ċentrali.

L-indipendenza tal-BĊE hi stabbilita fil-qafas istituzzjonali tal-politika monetarja unika (fit-Trattat u fl-Istatut).

Implikazzjonijiet prattiċi

La l-BĊE, la l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN), u lanqas il-membri tal-korpi deċiżjonali tagħhom ma għandhom permess ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-UE, minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru tal-UE jew minn kwalunkwe korp ieħor.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u l-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jirrispettaw dan il-prinċipju u m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE (Artikolu 130 tat-Trattat).

Dispożizzjonijiet oħra

L-arranġamenti finanzjarji tal-BĊE jinżammu separati minn dawk tal-UE. Il-BĊE għandu l-baġit tiegħu. Il-kapital tiegħu hu sottoskritt u mħallas mill-BĊN taż-żona tal-euro.

L-Istatut jipprevedi mandati twal għall-membri tal-Kunsill Governattiv. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv ma jistgħux jerġgħu jinħatru.

Il-gvernaturi tal-BĊN u l-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom is-sigurtà tal-mandat:

  • il-gvernaturi tal-BĊN għandhom mandat minimu ta’ ħames snin;
  • il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandhom mandat ta’ tmien snin li ma jiġġeddidx;
  • it-tnejn jistgħu jitneħħew mill-kariga biss fil-każ ta’ inkapaċità jew ta’ mġiba ħażina serja;
  • il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza li tiddeċiedi fil-każijiet ta’ tilwim.

L-Eurosistema ma għandhiex permess tagħti self lill-korpi tal-UE jew lil entitajiet tas-setturi pubbliċi nazzjonali. Dan ikompli jħarisha minn kwalunkwe influwenza li tista’ tiġi min-naħa ta’ awtoritajiet pubbliċi.

L-Eurosistema taħdem b’mod indipendenti. Il-BĊE għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-istrumenti u l-kompetenzi kollha meħtieġa biex imexxi politika monetarja effiċjenti u hu awtorizzat jiddeċiedi b’mod awtonomu kif u meta jużahom.

Il-BĊE għandu d-dritt jadotta regolamenti li jorbtu sa kemm ikun meħtieġ biex ikun jista’ jwettaq id-dmirijiet tas-SEBĊ u f’ċerti każijiet oħra kif stabbilit f’atti speċifiċi tal-Kunsill tal-UE.

SEE ALSO

Find out more about related content

Il-paġni kollha f’din it-taqsima