Navigation Path: Home > The European Central Bank > Materjal edukattiv > Il-logħba €conomia
Qatt ħsibt xi tkun il-politika monetarja? Jew kif ir-rata ewlenija tal-imgħax tolqot l-inflazzjoni? Ilgħab €CONOMIA u ssib kif taħdem.
L-għan tiegħek: Żomm l-inflazzjoni baxxa u stabbli għal ftit anqas minn 2%. L-għodda tiegħek: ir-rata ewlenija tal-imgħax.
Issa tista' tilgħab €conomia waqt li tivvjaġġa. Kemm tniżżel l-app u ibda. L-għan u l-funzjonalitajiet huma l-istess tal-verżjoni brawżer, iżda bis-saħħa tal-iPad jew iPhone tiegħek issa tista' tieħu deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja fejn trid!

It-tbassir u l-istorja tat-tkabbir monetarju, issa t-tnejn itwal, għandhom jgħinuk aktar biex tantiċipa l-iżviluppi tal-ġejjieni. Iżda oqgħod attent: se tbati aktar minn qabel biex ittella' l-punti jekk l-inflazzjoni tvarja żżejjed.
€CONOMIA hi logħba li tispjega, b'mod ħafif, kif taħdem il-politika monetarja. Il-logħba mhux bilfors tirrifletti l-fehmiet tal-Bank Ċentrali Ewropew jew ta' banek ċentrali oħra fiż-żona tal-euro.
Il-politika monetarja għandha x'taqsam mad-deċiżjonijiet li jieħu bank ċentrali biex jinfluwenza l-ispiża u d-disponibbiltà tal-flus f'ekonomija.