STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Aġġustamenti fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE u l-kontribut imħallas mis-Slovakja

1 ta' Jannar 2009

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed iħabbar l-aġġustamenti fl-iskema tal-kapital tiegħu u l-kontribut imħallas mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN).

Skond l-Artikolu 29 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-ishma tal-BĊN fl-iskema kapitali tal-BĊE huma ppeżati skond l-ishma tal-Istati Membri rispettivi fit-total tal-popolazzjoni u tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni Ewropea (UE), fi proporzjon ugwali, kif notifikat lill-BĊE mill-Kummissjoni Ewropea. L-ippeżar jiġi aġġustat kull ħames snin jew meta xi pajjiż jissieħeb fl-UE. Għalhekk, fl-1 ta’ Jannar 2009 l-iskema tal-kapital tal-BĊE qed tiġi aġġustata skond ir-regola dwar l-aġġornament ta’ kull ħames snin, abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. F’każ bħal dan, il-BĊN jittrasferixxu ishma tal-kapital bejniethom safejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma tikkorrispondi mal-iskema aġġustata. Id-distribuzzjoni l-ġdida tal-ishma tal-BĊN fl-iskema tal-kapital tal-BĊE hi stabbilita f’tabella mehmuża ma’ din l-istqarrija għall-istampa. L-ammont totali tal-kapital sottoskritt tal-BĊE jibqa’ kif kien, jiġifieri EUR 5,760,652,402.58.

Barra dan, illum, l-1 ta’ Jannar 2009, is-Slovakja adottat l-euro u n-Národná banka Slovenska ssieħbet mal-Eurosistema. Skond l-Artikolu 49 tal-Istatut, il-BĊN tal-Eurosistema għandhom iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom kollu; għalhekk, in-Národná banka Slovenska ħallas il-bqija tal-kontribut tiegħu għall-kapital tal-BĊE. Fil-każ tal-11-il BĊN barra ż-żona tal-euro, ir-rekwiżit hu li jħallsu perċentwal minimu tal-kapital sottoskritt tagħhom, bħalissa 7%, bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

Id-Deċiżjonijiet rilevanti tal-BĊE huma disponibbli fuq il-website tal-BĊE u se jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xieraq.

L-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE

L-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) Is-sehem tal-kapital sottoskritt (EUR) Kapital imħallas (EUR)
Sal-31 ta’ Diċembru 2008 mill-1 ta’ Jannar 2009 mill-1 ta’ Jannar 2009 mill-1 ta’ Jannar 2009
Nationale Bank van België/
Banque Nationale de Belgique
2.4708 2.4256 139,730,384.68 139,730,384.68
Deutsche Bundesbank 20.5211 18.9373 1,090,912,027.43 1,090,912,027.43
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland 0.8885 1.1107 63,983,566.24 63,983,566.24
Bank of Greece 1.8168 1.9649 113,191,059.06 113,191,059.06
Banco de España 7.5498 8.3040 478,364,575.51 478,364,575.51
Banque de France 14.3875 14.2212 819,233,899.48 819,233,899.48
Banca d’Italia 12.5297 12.4966 719,885,688.14 719,885,688.14
Central Bank of Cyprus 0.1249 0.1369 7,886,333.14 7,886,333.14
Banque centrale du Luxembourg 0.1575 0.1747 10,063,859.75 10,063,859.75
Bank Ċentrali ta’ Malta 0.0622 0.0632 3,640,732.32 3,640,732.32
De Nederlandsche Bank 3.8937 3.9882 229,746,339.12 229,746,339.12
Oesterreichische Nationalbank 2.0159 1.9417 111,854,587.70 111,854,587.70
Banco de Portugal 1.7137 1.7504 100,834,459.65 100,834,459.65
Banka Slovenije 0.3194 0.3288 18,941,025.10 18,941,025.10
Národná banka Slovenska - 0.6934 39,944,363.76 39,944,363.76
Suomen Pankki - Finlands Bank 1.2448 1.2539 72,232,820.48 72,232,820.48
Subtotal għall-grupp tal-BĊN taż-żona tal-euro 69.6963 69.7915 4,020,445,721.56 4,020,445,721.56
Българска народна банка (Bulgarian National Bank) 0.8833 0.8686 50,037,026.77 3,502,591.87
Česká národní banka 1.3880 1.4472 83,368,161.57 5,835,771.31
Danmarks Nationalbank 1.5138 1.4835 85,459,278.39 5,982,149.49
Eesti Pank 0.1703 0.1790 10,311,567.80 721,809.75
Latvijas Banka 0.2813 0.2837 16,342,970.87 1,144,007.96
Lietuvos bankas 0.4178 0.4256 24,517,336.63 1,716,213.56
Magyar Nemzeti Bank 1.3141 1.3856 79,819,599.69 5,587,371.98
Narodowy Bank Polski 4.8748 4.8954 282,006,977.72 19,740,488.44
Banca Naţională a României 2.5188 2.4645 141,971,278.46 9,937,989.49
Národná banka Slovenska 0.6765 - - -
Sveriges Riksbank 2.3313 2.2582 130,087,052.56 9,106,093.68
Bank of England 13.9337 14.5172 836,285,430.59 58,539,980.14
Subtotal għall-grupp tal-BĊN barra ż-żona tal-euro 30.3037 30.2085 1,740,206,681.02 121,814,467.67
Total* 100.0000 100.0000 5,760,652,402.58 4,142,260,189.23

* Minħabba żieda/tnaqqis sal-eqreb numru sħiħ, jista’ jkun li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tan-numri kollha li jidhru hawn fuq.

Kuntatti midja