STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

8 ta' Marzu 2007

Fil-laqgħa ta’ llum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. 1. Ir-rata minima ta’ l-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament ta’ l-Eurosistema se tiżdied b’25 punt bażi għal 3.75%. Din se tidħol fis-seħħ minn meta ssir l-operazzjoni li għandha tiġi regolata fl-14 ta’ Marzu 2007.
  2. 2. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali se tiżdied b’25 punt bażi għal 4.75%, b’seħħ mill-14 ta’ Marzu 2007.
  3. 3. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tiżdied b’25 punt bażi għal 2.75%, b’seħħ mill-14 ta’ Marzu 2007.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 ta’ wara nofsinhar.

Webcast
ECB press conference

  • Live Webcast banner

Kuntatti midja