STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Skema tas-sottoskrizzjonijiet għall-kapital tal-BĊE - tkabbir ta' l-UE u ta' l-Eurosistema

2 ta' Jannar 2007

Skond l-Artikolu 29 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema kapitali tal-BĊE huma ppeżati skond l-ishma ta’ l-Istati Membri rispettivi fit-total tal-popolazzjoni u tal-prodott gross domestiku ta’ l-UE, fi proporzjon ugwali, skond kif innotifikat mill-Kummissjoni Ewropea lill-BĊE. Dan l-ippeżar jiġi aġġustat kull ħames snin u kull meta Stati Membri ġodda jissieħbu ma’ l-UE, u għalhekk l-aħħar darba li dan inbidel kien fl-1 ta' Mejju 2004 meta għaxar Stati Membri ġodda ssieħbu ma’ l-UE.

Fl-1 ta’ Jannar 2007, l-iskema kapitali tal-BĊE ġiet mibdula minħabba li l-Bulgarian National Bank u l- Banca Naþionalã a României ssieħbu mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). L-ishma l-ġodda tal-BĊN fl-iskema kapitali huma elenkati hawn taħt.

Skond l-Artikolu 49.3 ta’ l-Istatut, il-kapital sottoskritt tal-BĊE jiġi miżjud awtomatikament meta Stat Membru ġdid jissieħeb ma’ l-UE u l-BĊN tiegħu jissieħeb mas-SEBĊ. Iż-żieda tiġi ddeterminata billi jiġi mmultiplikat l-ammont attwali tal-kapital sottoskritt (jiġifieri EUR 5,565,000,000) mal-proporzjon, fil-limiti ta’ l-iskema kapitali miżjuda, bejn il-peżaturi tal-BĊN li jkun(u) qed jissieħbu u l-peżaturi ta’ dawk il-BĊN li jkunu diġà membri tas-SEBĊ. Għalhekk, fl-1 ta’ Jannar 2007, il-kapital sottoskritt tal-BĊE ġie miżjud għal EUR 5,760,652,402.58.

Barra dan, fl-1 ta’ Jannar 2007, is-Slovenja adottat l-euro u l-Banka Slovenije ssieħeb ma’ l-Eurosistema. Skond l-Artikolu 49 ta’ l-Istatut, il-Banka Slovenije ħallas il-bqija tal-kontribut tiegħu għall-kapital tal-BĊE fl-1 ta’ Jannar 2007. Il-BĊN ta’ l-Eurosistema għandhom iħallsu l-kapital kollu sottoskritt minnhom. L-14-il BĊN li m’humiex fiż-żona ta’ l-euro (il-grupp preċedenti ta’ 12-il BĊN li mhumiex fiż-żona ta’ l-euro kif ukoll il-Bulgarian National Bank u l-Banca Naþionalã a României) huma meħtieġa jħallsu perċentwal minimu tal-kapital sottoskritt minnhom (7% fl-1 ta’ Jannar 2007) bħala kontribut għall-ispejjeż operazzjonali tal-BĊE.

Id-Deċiżjonijiet rilevanti tal-BĊE huma disponibbli fuq il-website tal-BĊE u se jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fi żmien xieraq.

L-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) Is-sehem tal-kapital sottoskritt (EUR) Kapital imħallas (EUR)
Mill-1 ta’ Mejju 2004 Mill-1 ta’ Jannar 2007 Mill-1 ta’ Jannar 2007 Mill-1 ta’ Jannar 2007
Nationale Bank van België/
Banque Nationale de Belgique
2.5502 2.4708 142,334,199.56 142,334,199.56
Deutsche Bundesbank 21.1364 20.5211 1,182,149,240.19 1,182,149,240.19
Central Bank & Financial Services Authority of Ireland 0.9219 0.8885 51,183,396.60 51,183,396.60
Bank of Greece 1.8974 1.8168 104,659,532.85 104,659,532.85
Banco de España 7.7758 7.5498 434,917,735.09 434,917,735.09
Banque de France 14.8712 14.3875 828,813,864.42 828,813,864.42
Banca d’Italia 13.0516 12.5297 721,792,464.09 721,792,464.09
Banque centrale du Luxembourg 0.1568 0.1575 9,073,027.53 9,073,027.53
De Nederlandsche Bank 3.9955 3.8937 224,302,522.60 224,302,522.60
Oesterreichische Nationalbank 2.08 2.0159 116,128,991.78 116,128,991.78
Banco de Portugal 1.7653 1.7137 98,720,300.22 98,720,300.22
Banka Slovenije - 0.3194 18,399,523.77 18,399,523.77
Suomen Pankki - Finlands Bank 1.2887 1.2448 71,708,601.11 71,708,601.11
Subtotal għall-grupp tal-BĊN taż-żona ta’ l-euro 71.4908 69.5092 4,004,183,399.81 4,004,183,399.81
Èeská národní banka 1.4584 1.3880 79,957,855.35 5,597,049.87
Danmarks Nationalbank 1.5663 1.5138 87,204,756.07 6,104,332.92
Eesti Pank 0.1784 0.1703 9,810,391.04 686,727.37
Central Bank of Cyprus 0.13 0.1249 7,195,054.85 503,653.84
Latvijas Banka 0.2978 0.2813 16,204,715.21 1,134,330.06
Lietuvos bankas 0.4425 0.4178 24,068,005.74 1,684,760.40
Magyar Nemzeti Bank 1.3884 1.3141 75,700,733.22 5,299,051.33
Central Bank of Malta 0.0647 0.0622 3,583,125.79 250,818.81
Narodowy Bank Polski 5.138 4.8748 280,820,283.32 19,657,419.83
Banka Slovenije 0.3345 - - -
Národná banka Slovenska 0.7147 0.6765 38,970,813.50 2,727,956.95
Sveriges Riksbank 2.4133 2.3313 134,298,089.46 9,400,866.26
Bank of England 14.3822 13.9337 802,672,023.82 56,187,041.67
Subtotal għall-grupp preċedenti tal-BĊN barra ż-żona ta’ l-euro 28.5092 27.0887 1,560,485,847.38 109,234,009.31
Bulgarian National Bank - 0.8833 50,883,842.67 3,561,868.99
Banca Naþionalã a României - 2.5188 145,099,312.72 10,156,951.89
Subtotal għall-BĊN il-ġodda barra ż-żona ta’ l-euro 0 3.4021 195,983,155.39 13,718,820.88
Total 100.0000 100.0000 5,760,652,402.58 4,127,136,230.00

Kuntatti midja