STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Pubblikazzjoni tal-kalendarju indikattiv tal-perijodi taż-żamma tar-riżerva għall-2005

13 ta' Awissu 2004

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed jippubblika l-kalendarju indikattiv tal-perijodi taż-żamma tar-riżerva ta’ l-2005.

Fuq il-bażi ta’ l-iskeda ta’ l-2005 għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (ara l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tas-17 ta’ Ġunju 2004) u l-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet b’offerta ta’ l-Eurosistema ta’ l-2005 (li ġie ppubblikat illum ukoll), il-kalendarju indikattiv tal-perijodi taż-żamma tar-riżerva ta’ l-2005 huwa kif ġej:

Kalendarju indikattiv tal-perijodi ta’ żamma ta’ riżerva għall-2005

Il-laqgħa relevanti tal-Kunsill Governattiv Bidu tal-perijodu taż-żamma tar-riżerva Tmiem tal-perijodu taż- żamma tar-riżerva Data tal-bażi tar-riżerva għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (banek) li jirrapportaw kull xahar Data tal-bażi tar-riżerva għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (banek) li jirrapportaw kull tliett xhur Tul tal-perijodu taż-żamma tar-riżerva (ġranet)
13 ta’ Jannar 2005 19 ta’ Jannar 2005 7 ta’ Frar 2005 Novembru 2004 Settembru 2004 20
3 ta’ Frar 2005 8 ta’ Frar 2005 8 ta’ Marzu 2005 Diċembru 2004 Settembru 2004 29
3 ta’ Marzu 2005 9 ta’ Marzu 2005 12 ta’ April 2005 Jannar 2005 Diċembru 2004 35
7 ta’ April 2005 13 ta’ April 2005 10 ta’ Mejju 2005 Frar 2005 Diċembru 2004 28
4 ta’ Mejju 2005 11 ta’ Mejju 2005 7 ta’ Ġunju 2005 Marzu 2005 Diċembru 2004 28
2 ta’ Ġunju 2005 8 ta’ Ġunju 2005 12 ta’ Lulju 2005 April 2005 Marzu 2005 35
7 ta’ Lulju 2005 13 ta’ Lulju 2005 9 ta’ Awissu 2005 Mejju 2005 Marzu 2005 28
4 ta’ Awissu 2005 10 ta’ Awissu 2005 6 ta’ Settembru 2005 Ġunju 2005 Marzu 2005 28
1 ta’ Settembru 2005 7 ta’ Settembru 2005 11 ta’ Ottubru 2005 Lulju 2005 Ġunju 2005 35
6 ta’ Ottubru 2005 12 ta’ Ottubru 2005 8 ta’ Novembru 2005 Awissu 2005 Ġunju 2005 28
3 ta’ Novembru 2005 9 ta’ Novembru 2005 5 ta’ Diċembru 2005 Settembru 2005 Ġunju 2005 27
1 ta’ Diċembru 2005 6 ta’ Diċembru 2005 17 ta’ Jannar 2006 Ottubru 2005 Settembru 2005 43

Wara li kien hemm tibdil żgħir fil-kalendarju ta’ l-2004, l-aħħar ġurnata ta’ l-aħħar perijodu taż-żamma tar-riżerva issa hija t-18 ta’ Jannar 2005, minflok id-19 ta’ Jannar 2005 kif ġie ppubblikat qabel f’Awissu ta’ l-2003.

Kuntatti midja