STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Pubblikazzjoni tal-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet b’offerta ta’ l-eurosistema ta’ l-2005

13 ta' Awissu 2004

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed jippubblika kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet b’offerta ta’ l-Eurosistema ta’ l-2005 (ara l-Anness mhemuż).

Il-kalendarju indikattiv ġie mħejji skond il-proċeduri stabbiliti fil-pubblikazzjoni tal-BĊE bl-isem “The implementation of monetary policy in the euro area: General documentation on Eurosystem monetary policy instruments and procedures’’ (Frar ta’ l-2004).

Il-BĊE għandu l-għan li jistabbilixxi kundizzjonijiet li jiżguraw li l-kontropartijiet fil-pajjiżi kollha taż-żona ta’ l-ewro jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-operazzjonijiet prinċipali u ta’ rifinanzjament fuq perijodu ta’ żmien itwal. Għalhekk, meta fassal il-kalendarju għal dawn l-operazzjonijiet, il-BĊE għamel l-aġġustamenti neċessarji skond il-btajjel bankarji tal-pajjiżi individwali taż-żona ta’ l-ewro.

Kuntatti midja