STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Posizzjoni tal-Kunsill Tat-tmexxija tal-BankĊentrali Ewropew Dwar Kwistjonijiet tar-Rata tal-Kambju Relatatimal-Pajjiżi Aderenti

18 ta' Diċembru 2003

Illum il-Kunsill tat-tmexxija tal-Bank ċentrali Ewropew (BĊE) ippubblika l-posizzjoni tiegħu dwar kwistjonijiet relatati mal-pajjiżi aderenti li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea f’M ejju 2004.

L-għaxar Stati Membri l-ġodda kollha ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea bhala membri b’deroga fil-qasam ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea (UEM). Dan ifisser illi, minkejja li jkunu għadhom m’adottawx l-euro, dawn ikunu kkommettew ruħhom li jagħmlu hilithom biex eventwalment jadottawha hekk kif huma jkunu ssodisfaw il-kriterji ta’ konverġenza stipulati fit-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. It-Trattat jipprevedi illi f’ċertu punt wara l-adeżjoni l-Istati Membri l-ġodda iridu jissieħbu fil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju II (ERM II).

Il-posizzjoni ppubblikata llum hi mmirata biex tgħin fit-tmexxija tal-proċess ta’ l-integrazzjoni monetarja ta’ l-Istati Membri preżenti u tal-futur, u tista tinstab fil-lingwi uffiċjali Komunitarji kollha fuq il-website tal-BĊE (www.ecb.europa.eu).

Kuntatti midja