Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (b’żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)
Jannar 2012
Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni
Opinjoni tal-BĊE dwar is-salarji tal-impjegati taċ-ċivil f’Ċipru
Fl-4 ta’ Jannar 2012 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Ċiprijott (CON/2012/1).
Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri għall-istabbilizzazzjoni tas-suq finanzjarju fil-Ġermanja
Fl-24 ta’ Jannar 2012 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Ġermaniż (CON/2012/2).
Opinjoni tal-BĊE dwar titoli dematerjalizzati fil-Lussemburgu
Fl-24 ta’ Jannar 2012 il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Lussemburgiż (CON/2012/3).
Opinjoni tal-BĊE dwar skema ta’ garanzija għall-obbligazzjonijiet ta’ banek Taljani u dwar l-iskambju ta’ karti tal-flus tal-lira
Fl-24 ta’ Jannar 2012 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi (CON/2012/4).
Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u proposta għal Regolament dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment
Fil-25 ta’ Jannar 2012 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (CON/2012/5). L-Opinjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.
Governanza korporattiva
Presidenza tal-Kumitat ta’ Tmexxija għat-Teknoloġija tal-Informatika tal-Eurosistema (EISC)
Fit-12 ta’ Jannar 2012 il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur Benoît Cœuré, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, President tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-IT tal-Eurosistema (EISC) b’seħħ immedjat.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja