European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Affarijiet internazzjonali

Il-BĊE hu istituzzjoni ewlenija fl-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali. Hu l-bank ċentrali tat-tieni l-ikbar ekonomija dinjija, iż-zona tal-euro, u joħroġ it-tieni munita li tintuża l-aktar fil-livell internazzjonali, l-euro.

Għandu wkoll rwol ċentrali fis-superviżjoni bankarja Ewropea, u b'hekk hu wieħed mill-ikbar superviżuri bankarji fid-dinja.

Iż-żona tal-euro hi integrata sew fl-ekonomija globali u għalhekk il-prosperità tagħha tiddependi wkoll mill-ambjent internazzjonali. Imbagħad, l-iżviluppi ekonomiċi u l-politika ekonomika fiż-żona tal-euro jistgħu jaffettwaw pajjiżi terzi.

Fehim tajjeb tal-ekonomija globali u tas-sistema monetarja u finanzjarja internazzjonali hu essenzjali għall-formulazzjoni tal-politika monetarja u s-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro. Għal dan il-għan, il-BĊE:

  • jissorvelja u janalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji globali, l-arkitettura finanzjarja internazzjonali u r-rwol internazzjonali tal-euro
  • jipparteċipa f'istituzzjonijiet u fora internazzjonali li jindirizzaw kwistjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u monetarji
  • iżomm relazzjonijiet ma' banek ċentrali fid-dinja kollha għall-iskambju ta' opinjonijiet u kompetenza u biex ifiehem il-politika tiegħu

Il-paġni kollha f’din it-taqsima