STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-Politika Monetarja

5 ta' Ġunju 2014

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa dawn id-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’10 punti bażi għal 0.15% mill-operazzjoni li għandha tiġi konkluża fil-11 ta’ Ġunju 2014.
  2. Ir-rata tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’35 punt bażi għal 0.40% b’seħħ mill-11 ta’ Ġunju 2014.
  3. Ir-rata tal-imgħax tal-faċilità tad-depożitu se tonqos b’10 punti bażi għal -0.10% b’seħħ mill-11 ta’ Ġunju 2014. Stqarrija għall-istampa separata li għandha tiġi ppubblikata fit-3.30 p.m. CET illum se tagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni tar-rata negattiva tal-faċilità tad-depożitu.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li għandha tibda fis-2.30 p.m. CET illum. Aktar miżuri tal-politika monetarja biex itejbu l-funzjonament tal-mekkaniżmu tat-trażmissjoni tal-politika monetarja se jitħabbru fi stqarrija għall-istampa li għandha tiġi ppubblikata fit-3.30 p.m. CET illum.

Press conference

Pictures

Kuntatti midja