STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

4 ta' Diċembru 2008

Fil-laqgħa tal-lum, li saret fi Brussell, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata minima fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’75 punt bażi għal 2.50%, u dan b’seħħ mill-operazzjoni li għandha tiġi regolata fl-10 ta’ Diċembru 2008.
  2. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’75 punt bażi għal 3.00%, b’seħħ mill-10 ta’ Diċembru 2008.
  3. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tonqos b’75 punt bażi għal 2.00%, b’seħħ mill-10 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 CET ta’ wara nofsinhar.

Webcast
ECB press conference

  • Live Webcast banner
Press conference

Kuntatti midja