European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Kunsill Governattiv

Il-Kunsill Governattiv huwa l-korp deċiżjonali ewlieni tal-BĊE. Jikkonsisti mis-sitt membri tal-Bord Eżekuttiv u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-pajjiżi taż-żona tal-euro.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE

(13 ta' Diċembru 2023)

Responsabbiltajiet

  • jadotta l-linji gwida u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat li jitwettqu l-kompiti fdati f’idejn il-BĊE u l-Eurosistema;
  • Għall-formulazzjoni tal-politika monetarja għaż-żona tal- euro Dan jinkludi deċiżjonijiet dwar l-għanijiet monetarji, ir-rati ewlenin tal-imgħax, il-provvista ta’ riżervi fl-Eurosistema u t-twaqqif ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.
  • fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-BĊE li għandhom x’jaqsmu mas-superviżjoni bankarja, jadotta deċiżjonijiet relatati mal-qafas ġenerali li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet superviżorji, u jadotta abbozzi ta’ deċiżjonijiet sħaħ li jiġu proposti mill-Bord Superviżorju skont il-proċedura tan-nuqqas ta’ oġġezzjoni.

Laqgħat u deċiżjonijiet

Il-Kunsill Governattiv normalment jiltaqa’ darbtejn fix-xahar. Huwa jivvaluta l-iżviluppi ekonomiċi u monetarji u jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-politika monetarja kull sitt ġimgħat. Fil-laqgħat l-oħra, il-Kunsill fil-biċċa l-kbira jiddiskuti affarijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ kompiti u responsabbiltajiet oħra tal-BĊE u tal-Eurosistema. Biex jiġi żgurat li l-kompiti tal-BĊE tal-politika monetarja u kompiti oħra jkunu separati mir-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu, isiru laqgħat separati tal-Kunsill Governattiv.

Id-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja jiġu spjegati bir-reqqa f’konferenza stampa li ssir kull sitt ġimgħat. Il-President, megħjuna mill-Viċi President, tmexxi l-konferenza stampa.

Kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv Sfond għad-deċiżjonijiet tal-politika monetarja

Barra dan, il-BĊE jippubblika rapporti regolari dwar il-laqgħat tal-Kunsill Governattiv li għandhom x’jaqsmu mal-politika monetarja qabel id-data tal-laqgħa li jkun imiss.

Skopri aktar dwar kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.

Kif taħdem ir-rotazzjoni tad-dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE?

Bis-sħubija tal-Litwanja fiż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2015, bdiet titħaddem sistema li biha l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali jkollhom dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv meta jmisshom.

Hawn taħt il-BĊE jwieġeb mistoqsijiet li jsiru sikwit dwar kif taħdem is-sistema u għaliex titħaddem.

Spjegazzjoni dwar kif taħdem ir-rotazzjoni tad-dritt għall-vot Ħarsa ġenerali lejn l-iskeda sħiħa

Membri

Christine Lagarde

President tal-BĊE

Luis de Guindos

Viċi President tal-BĊE

Piero Cipollone

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Frank Elderson

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Philip R. Lane

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Isabel Schnabel

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Pierre Wunsch

Gvernatur, Nationale Bank van België / Banque Nationale de Belgique

Joachim Nagel

President, Deutsche Bundesbank

Madis Müller

Gvernatur, Eesti Pank

Gabriel Makhlouf

Gvernatur, Central Bank of Ireland

Yannis Stournaras

Gvernatur, Bank of Greece

Pablo Hernández de Cos

Gvernatur, Banco de España

François Villeroy de Galhau

Gvernatur, Banque de France

Boris Vujčić

Gvernatur, Hrvatska narodna banka

Fabio Panetta

Gvernatur, Banca d'Italia

Constantinos Herodotou

Gvernatur, Central Bank of Cyprus

Mārtiņš Kazāks

Gvernatur, Latvijas Banka

Gediminas Šimkus

President tal-Bord, Lietuvos bankas

Gaston Reinesch

Gvernatur, Banque centrale du Luxembourg

Edward Scicluna

Gvernatur, Bank Ċentrali ta’ Malta

Klaas Knot

President, De Nederlandsche Bank

Robert Holzmann

Gvernatur, Oesterreichische Nationalbank

Mário Centeno

Gvernatur, Banco de Portugal

Boštjan Vasle

Gvernatur, Banka Slovenije

Peter Kažimír

Gvernatur, Národná banka Slovenska

Olli Rehn

Gvernatur, Suomen Pankki - Finlands Bank

Il-paġni kollha f’din it-taqsima