Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-9 ta’ Diċembru 2016

13 ta' Diċembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Diċembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 276.0 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
8 ta’ Diċembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.3 biljun USD 1.5 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 324.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 1,114.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 144.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 0.4 biljun għal EUR 94.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Diċembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 36.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 35.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 451.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 451.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.4 biljun għal EUR 1,626.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-9 ta’ Diċembru 2016 Differenza mqabbla mat-2 ta’ Diċembru 2016 – xiri Differenza mqabbla mat-2 ta’ Diċembru 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 13.1 biljun - -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.0 biljun - -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 203.7 biljun +EUR 0.6 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 22.7 biljun +EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 49.9 biljun +EUR 1.7 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,228.0 biljun +EUR 16.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 19.3 biljun għal EUR 869.0 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,635 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 316,533 2,157
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,474 50
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 239,059 2,107
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 36,060 2,053
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,940 501
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,940 501
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 546,451 −137
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 35,762 −190
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 510,468 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 220 53
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 81,680 −1,388
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,950,588 18,321
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,626,513 18,420
  7.2 Titoli oħra 324,075 −98
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 221,448 885
Attiv totali 3,609,773 22,393
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,114,329 5,885
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,320,975 19,641
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 869,018 19,340
  2.2 Faċilità tad-depożitu 451,870 222
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 87 80
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,381 −252
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 249,038 −4,771
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 144,901 −2,072
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 104,137 −2,700
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 112,007 −1,220
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 6,246 2,431
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 12,220 1,286
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,220 1,286
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 215,371 703
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 99,527 −1,310
Passiv totali 3,609,773 22,393

Kuntatti midja