Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-25 ta’ Novembru 2016

29 ta' Novembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ Novembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 274.9 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
25 ta’ Novembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 6 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.2 biljun USD 1.3 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 323.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 1,099.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 20.6 biljun għal EUR 184.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 31.4 biljun għal EUR 117.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 33.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 428.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 459.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.8 biljun għal EUR 1,590.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-25 ta’ Novembru 2016 Differenza mqabbla mat-18 ta’ Novembru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mat-18 ta’ Novembru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 13.2 biljun - -EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.0 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 202.2 biljun +EUR 2.2 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 22.3 biljun +EUR 0.5 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 46.2 biljun +EUR 1.9 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,197.2 biljun +EUR 14.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 17.9 biljun għal EUR 820.4 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,634 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 314,068 −513
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,424 −788
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 236,643 276
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,322 −146
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,245 −69
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,245 −69
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 546,105 1,215
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 33,719 1,081
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 512,214 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 172 135
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 83,802 −3,721
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,913,899 18,356
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,590,085 17,814
  7.2 Titoli oħra 323,814 541
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 218,716 −2,246
Attiv totali 3,566,230 12,877
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,099,813 543
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,249,195 −12,284
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 820,421 17,944
  2.2 Faċilità tad-depożitu 428,768 −30,191
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 7 −37
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,549 −271
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 290,183 19,576
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 184,692 20,642
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 105,490 −1,066
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 117,443 7,526
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 2,818 −1,606
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,505 530
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,505 530
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 215,211 −1,139
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 100,836 0
Passiv totali 3,566,230 12,877

Kuntatti midja