Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-24 ta’ Ġunju 2016

28 ta' Ġunju 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-24 ta’ Ġunju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 264.5 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 346.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 1,082.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 49.2 biljun għal EUR 233.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 24.3 biljun għal EUR 203.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 49.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 49.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 297.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 321.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 21.5 biljun għal EUR 1,212.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-24 ta’ Ġunju 2016

Differenza mqabbla

mas-17 ta’ Ġunju 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mas-17 ta’ Ġunju 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 17.9 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.7 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 183.0 biljun +EUR 2.2 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 19.7 biljun +EUR 0.3 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 4.9 biljun +EUR 2.6 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 868.8 biljun +EUR 17.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 111.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 1.9 biljun għal EUR 613.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 377,277 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 299,619 1,635
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 76,551 −20
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
223,067 1,656
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 30,078 −1,002
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,287 528
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,287 528
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 501,186 791
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 49,883 743
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 451,177 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 126 48
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 103,549 −4,173
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,558,993 21,986
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,212,942 21,496
  7.2 Titoli oħra 346,051 490
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,984 0
9 Assi oħra 215,121 1,742
Assi Totali 3,131,095 21,506
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,082,176 493
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 910,950 −21,662
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 613,059 1,861
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 297,632 −23,571
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 259 48
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,777 −207
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 332,298 44,900
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 232,957 49,216
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 99,341 −4,316
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 56,556 −3,118
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,136 210
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,502 −504
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,502 −504
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 57,542 0
10 Passiv ieħor 203,329 −427
11 Kont tar-rivalutazzjoni 375,994 0
12 Kapitali u riżervi 100,836 1,821
Total tal-passiv 3,131,095 21,506

Kuntatti midja