Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-4 ta’ Diċembru 2015

8 ta' Diċembru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Diċembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 264.1 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
3 ta’ Diċembru 2015  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 134 miljun USD 134 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 358.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 8.5 biljun għal EUR 1,066.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 35.0 biljun għal EUR 79.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 22.1 biljun għal EUR 343.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 73.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 69.8 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 177.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 159.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.5 biljun għal EUR 770.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-4 ta’ Diċembru 2015 Differenza mqabbla mas-27 ta’ Novembru 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-27 ta’ Novembru 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 20.7 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 139.9 biljun +EUR 2.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 15.3 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 461.9 biljun +EUR 16.5 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 123.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 21.5 biljun għal EUR 520.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 348,850 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 294,471 2,394
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,655 3
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
215,817 2,391
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 36,331 −1,912
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,766 −746
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,766 −746
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 521,394 −3,818
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 69,815 −3,959
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 451,371 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 208 141
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 127,495 −1,519
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,128,983 17,763
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 770,737 18,528
  7.2 Titoli oħra 358,246 −765
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,152 0
9 Assi oħra 216,207 −251
Assi Totali 2,718,650 11,911
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,066,176 8,478
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 697,909 39,837
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 520,421 21,519
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 177,335 18,317
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 153 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,017 −112
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 177,513 −33,842
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 79,800 −34,959
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 97,714 1,117
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,444 −1,591
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,137 −84
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,323 224
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,323 224
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,202 0
10 Passiv ieħor 217,994 −998
11 Kont tar-rivalutazzjoni 350,735 0
12 Kapitali u riżervi 97,200 −1
Total tal-passiv 2,718,650 11,911

Kuntatti midja