Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-20 ta’ Novembru 2015

24 ta' Novembru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Novembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 263.6 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
19 ta’ Novembru 2015  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 148 miljun USD 141 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 358.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 1,053.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 34.1 biljun għal EUR 115.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 15.4 biljun għal EUR 352.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Novembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 62.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 60.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ qrib żero filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 170.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 187.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.2 biljun għal EUR 736.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-20 ta’ Novembru 2015 Differenza mqabbla mat-13 ta’ Novembru 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-13 ta’ Novembru 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 20.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 9.9 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 135.7 biljun +EUR 1.6 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 15.0 biljun +EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 431.7 biljun +EUR 12.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 123.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 14.0 biljun għal EUR 474.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 348,850 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 292,283 1,656
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,608 4
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
213,675 1,652
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 38,417 −1,868
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,727 280
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,727 280
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 523,266 −2,020
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 60,527 −2,005
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 462,721 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 18 −15
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 135,931 569
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,094,683 14,513
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 736,102 14,158
  7.2 Titoli oħra 358,581 354
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,152 0
9 Assi oħra 213,133 −3,061
Assi Totali 2,692,443 10,069
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,053,739 −1,824
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 644,591 −31,359
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 474,219 −13,965
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 170,211 −17,388
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 161 −6
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,128 146
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 215,046 42,603
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 115,724 34,105
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 99,322 8,498
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,104 755
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,256 280
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,645 −783
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,645 −783
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,202 0
10 Passiv ieħor 216,798 252
11 Kont tar-rivalutazzjoni 350,735 0
12 Kapitali u riżervi 97,201 0
Total tal-passiv 2,692,443 10,069

Kuntatti midja