Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-11 ta’ Settembru 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Settembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, EUR 264.3 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
10 ta’ Settembru 2015 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 136 miljun | USD 141 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 358.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 1,053.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 8.4 biljun għal EUR 58.1 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 6.9 biljun għal EUR 367.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Settembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 71.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 70.9 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi l-istess, EUR 0.1 biljun, filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 159.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 167.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.3 biljun għal EUR 602.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-11 ta’ Settembru 2015 | Differenza mqabbla mal-4 ta’ Settembru 2015 – xiri | Differenza mqabbla mal-4 ta’ Settembru 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 22.3 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 10.5 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 116.1 biljun | +EUR 3.9 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 11.9 biljun | +EUR 0.4 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 314.4 biljun | +EUR 13.0 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 127.6 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 16.8 biljun għal EUR 466.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 364,458 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 288,762 | −787 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 79,125 | −3 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
209,638 | −784 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 41,952 | 1,279 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,137 | 1,665 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,137 | 1,665 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 527,197 | −158 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 70,909 | −131 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 456,227 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 61 | −27 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 134,090 | 3,548 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 961,084 | 15,946 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 602,827 | 17,234 | |
7.2 | Titoli oħra | 358,257 | −1,288 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,177 | 0 | |
9 | Assi oħra | 223,423 | −2,523 | |
Assi Totali | 2,587,280 | 18,969 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,053,902 | −1,162 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 626,523 | 9,711 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 466,471 | 16,791 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 159,910 | −7,087 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 142 | 7 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,849 | 201 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 125,196 | 8,901 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 58,110 | 8,421 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 67,086 | 480 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 33,577 | −1,125 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,165 | −129 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,758 | 651 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,758 | 651 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,456 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 212,231 | 1,921 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 367,423 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 97,201 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,587,280 | 18,969 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja