Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-13 ta’ Marzu 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Marzu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 27 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.9 biljun għal EUR 249.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 374.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 1,010.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 55.8 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 3.3 biljun għal EUR 420.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 147.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 141.8 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 45.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 47.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.2 biljun għal EUR 249.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-13 ta’ Marzu 2015 | Differenza mqabbla mas-6 ta’ Marzu 2015 – xiri | Differenza mqabbla mas-6 ta’ Marzu 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 26.1 biljun | - | EUR 0.4 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 11.9 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 56.9 biljun | EUR 2.8 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 3.8 biljun | EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 9.8 biljun | EUR 9.8 biljun | |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 140.9 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 16.2 biljun għal EUR 222.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,840 | −27 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 279,822 | 2,472 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,800 | 1,324 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
199,022 | 1,148 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 35,092 | 0 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 24,339 | 1,467 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 24,339 | 1,467 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 465,292 | −5,568 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 141,839 | −6,014 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 322,959 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 483 | 441 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 11 | 5 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 120,618 | −797 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 624,008 | 10,127 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 249,377 | 12,241 | |
7.2 | Titoli oħra | 374,631 | −2,114 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,665 | 0 | |
9 | Assi oħra | 222,440 | −375 | |
Assi Totali | 2,142,116 | 7,298 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,010,794 | 1,064 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 267,953 | 13,931 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 222,716 | 16,156 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 45,237 | −2,225 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,189 | −98 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 101,487 | −10 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 55,758 | −478 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 45,729 | 468 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 54,923 | −2,577 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,820 | −246 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,201 | 847 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,201 | 847 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,374 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 209,957 | −5,660 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 330,898 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,520 | 48 | |
Total tal-passiv | 2,142,116 | 7,298 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja