Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ Jannar 2012

24 ta' Jannar 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Jannar 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 271.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
19 ta’ Jannar 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 5.7 biljun USD 5.9 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 341.8 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 871.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 22.3 biljun għal EUR 98.8 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 12.2 biljun għal EUR 121.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 110.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 126.9 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 213-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 217-il biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2012 immaturat ukoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 41.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 38.7 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 3.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 2.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 491.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 493.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu bi EUR 3.4 biljun għal EUR 282.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll għal titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Jannar 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 219-il biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 58 biljun u EUR 5.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.2 biljun għal EUR 134.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 423,450 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 245,306 −719
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 85,657 −1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
159,648 −718
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 94,514 −29
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,732 2,243
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 25,732 2,243
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 831,730 14,475
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 126,877 15,997
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 701,478 −2,416
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 3,323 936
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 53 −41
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 75,550 6,016
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 623,968 926
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 282,215 3,380
7.2 Titoli oħra 341,753 −2,454
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,926 0
9 Assi oħra 352,020 6,297
Assi Totali 2,706,197 29,209
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 871,841 −4,748
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 845,255 4,432
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 134,722 2,187
2.2 Faċilità ta’ depożitu 491,780 −1,492
2.3 Depożiti fissi 217,000 4,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,752 −263
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,480 126
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 108,874 21,365
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 98,807 22,282
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,067 −917
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 118,930 1,200
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,969 −1,255
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,965 188
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,965 188
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0
10 Passiv ieħor 216,363 7,900
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,028 0
12 Kapitali u riżervi 81,550 0
Total tal-passiv 2,706,197 29,209
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja