Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ Diċembru 2011

6 ta' Diċembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Diċembru 2011 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.8 biljun għal EUR 196.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
1 ta’ Diċembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.6 biljun USD 0.4 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 338.1 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 8.9 biljun għal EUR 874 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 35.4 biljun għal EUR 53.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 60.9 biljun għal EUR 128.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 247.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 265.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 194.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 194.2 biljun. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2011 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 49.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 38.6 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 7 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 332.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 256.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 267.6 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett tax-xiri ta’ EUR 3.7 biljun konkluż skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u x-xiri ta’ EUR 0.7 biljun konkluż skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll ta’ titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 206.9 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59.1 biljun u EUR 1.6 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 31.2 biljun għal EUR 180.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 419,822 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 231,908 2,019
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,380 −2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
151,528 2,021
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 32,250 −1,587
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,341 −701
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 28,341 −701
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 656,026 14,601
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 265,456 18,281
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 383,053 −9,428
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 7,002 5,300
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 515 449
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,447 −751
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 605,732 4,804
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 267,620 4,284
7.2 Titoli oħra 338,111 521
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,932 −34
9 Assi oħra 335,230 −2,212
Assi Totali 2,435,688 16,140
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 873,981 8,912
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 707,956 44,309
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 180,703 −31,202
2.2 Faċilità ta’ depożitu 332,705 76,447
2.3 Depożiti fissi 194,199 −301
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 349 −634
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,600 −259
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 63,099 −33,910
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 53,554 −35,385
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 9,544 1,475
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 51,201 −225
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,391 2,551
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,872 −2,916
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,872 −2,916
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,486 0
10 Passiv ieħor 205,346 −2,322
11 Kont tar-rivalutazzjoni 383,276 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,435,688 16,140
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja