Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ Mejju 2011
Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Mejju 2011, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1 biljun għal EUR 176.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv), għalkemm naqsu bi EUR 28 miljun, baqgħu kważi kif kienu, jiġifieri EUR 336.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 832 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14.5 biljun għal EUR 57.8 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 11.1 biljun għal EUR 338.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Mejju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 124.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 119.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi b’ammont ta’ EUR 76 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 17.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 12.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 135.3 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li mmaturaw titoli mixtrija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Mejju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.9 biljun u EUR 60.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 26.5 biljun għal EUR 217.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 350,669 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 218,667 | 1,213 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,812 | 696 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
143,854 | 517 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,766 | 168 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,771 | −1,057 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,771 | −1,057 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 432,747 | −5,436 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 119,398 | −5,356 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 313,276 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 35 | −70 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 39 | −11 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 50,522 | 122 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 471,458 | −1,255 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 135,280 | −1,228 | |
7.2 | Titoli oħra | 336,178 | −28 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,527 | −21 | |
9 | Assi oħra | 294,744 | 3,470 | |
Assi Totali | 1,895,870 | −2,796 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 832,008 | −1,338 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 311,020 | −20,812 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 217,153 | −26,497 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 17,801 | 5,695 | |
2.3 | Depożiti fissi | 76,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 66 | −11 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,762 | 1,253 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 65,420 | 14,600 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 57,774 | 14,549 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,646 | 51 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 40,426 | −255 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,401 | −3 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,273 | 378 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,273 | 378 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,612 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 187,871 | 3,382 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 305,890 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,187 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,895,870 | −2,796 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja