Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema
ta’ l-4 ta’ April 2008

9 ta' April 2008

Rimarki introduttorji

Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema, li ma ppermettewx lil dak il-bank ċentrali jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu tas-7 ta’ Marzu, ta’ l-14 ta’ Marzu, tal-21 ta’ Marzu u tat-28 ta’ Marzu 2008, lanqas ma ppermettew il-produzzjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ l-4 ta’ April 2008. Għalhekk, ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa jirrifletti l-iżjed informazzjoni reċenti dwar il-karta tal-bilanċ ipprovduta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema kkonċernat, jiġifieri r-rapport finanzjarju tiegħu tad-29 ta’ Frar 2008.

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ April 2008, iż-żieda ta’ EUR 8.6 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 5.3 biljun għal EUR 144 biljun. Din il-bidla kienet dovuta prinċipalment għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali ta’ l-assi u l-obligazzajonijiet, waqt li t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll imwettqa mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perijodu li qed jiġi kkunsidrat irriżultaw f’żieda ta’ EUR 0.1 biljun biss.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal-EUR 109.6 biljun, b’żieda ta’ EUR 0.6 biljun dovuta għar-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 662.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 8.3 biljun għal EUR 68.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 39.7 biljun għal EUR 443.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ April 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 216 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 150 biljun. Nhar il-Ħamis, 3 ta’ April 2008, ġiet regolata operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 25 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 28.6 biljun għal EUR 194.7 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2008 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 592.746 għal kull uqija fina

USD: 1.5812 għal kull EUR

JPY: 157.37 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0401 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 209,735 0 8,599
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 136,677 1,292 −5,471
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 8,696 0 −327
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
127,981 1,292 −5,144
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,658 −1,524 −1,438
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,759 −94 −62
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,759 −94 −62
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 444,566 −39,973 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 151,420 −64,710 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 293,110 24,733 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2 2 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 34 2 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 34,182 −658 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 109,612 700 580
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,614 0 −26
9 Assi oħra 351,552 4,082 12,055
Assi Totali 1,371,355 −36,175 14,237
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 662,561 1,539 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 195,625 −28,956 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 194,746 −28,638 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 591 −371 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 288 53 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 209 −3 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 76,344 −8,471 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 68,833 −8,304 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,511 −167 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,020 417 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,216 132 −175
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 17,979 −428 −1,182
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 17,979 −428 −1,182
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,148 0 −163
10 Passiv ieħor 136,608 −1,225 7,192
11 Kont tar-rivalutazzjoni 156,231 0 8,565
12 Kapitali u riżervi 71,414 820 0
Total tal-passiv 1,371,355 −36,175 14,237
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja