Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-Politika Monetarja

21 ta' April 2016

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa d-deċiżjoni li r-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu jibqgħu l-istess, jiġifieri 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament.

Għal dawk li huma miżuri straordinarji tal-politika monetarja, bdejna nespandu l-akkwisti tagħna ta’ kull xahar fil-programm ta’ xiri ta’ assi għal €80 biljun. Issa l-attenzjoni tinsab fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri straordinarji addizzjonali li fuqhom ittieħdet deċiżjoni fl-10 ta’ Marzu 2016. Se jkun hemm iżjed tagħrif fuq l-aspetti tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ akkwist mis-settur korporattiv fil-websajt tal-BĊE wara l-konferenza stampa.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li għandha tibda fis-14:30 CET illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja