STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jippubblika kalendarju indikattiv tal-operazzjonijiet regolari b’offerta tal-Eurosistema fl-2016

22 ta' Ġunju 2015

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel l-10.00 CET tat-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2015

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed jippubblika kalendarju indikattiv tal-operazzjonijiet regolari b’offerta tal-Eurosistema fl-2016.

Il-kalendarju fih biss l-operazzjonijiet regolari (operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ tliet xhur) u ma fihx dettalji ta’ operazzjonijiet supplimentari jew ad hoc li għandhom mnejn isiru fl-2016.

Il-kalendarju jista’ jitniżżel mill-websajt tal-BĊE.

Għal tagħrif ieħor tista’ ċċempel lil William Lelieveldt (+49 69 1344 7316).

Kuntatti midja