STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jippubblika kalendarju indikattiv tal-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2016

22 ta' Ġunju 2015

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel l-10.00 CET tat-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2015

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed jippubblika kalendarju indikattiv tal-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2016.

Skont l-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2016 u l-kalendarju indikattiv tal-operazzjonijiet regolari b’offerta tal-Eurosistema (ara l-istqarrija għall-istampa separata ppubblikata llum), il-kalendarju indikattiv tal-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2016 huwa dan:

Laqgħa tal-Kunsill Governattiv Bidu tal-perjodu taż-żamma Tmiem il-perjodu taż-żamma Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull xahar Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull trimestru Tul tal-perjodu taż-żamma (jiem)
1 21 ta’ Jannar 2016 27 ta’ Jannar 2016 15 ta’ Marzu 2016 Novembru 2015 Settembru 2015 49
2 10 ta’ Marzu 2016 16 ta’ Marzu 2016 26 ta’ April 2016 Jannar 2016 Diċembru 2015 42
3 21 ta’ April 2016 27 ta’ April 2016 7 ta’ Ġunju 2016 Frar 2016 Diċembru 2015 42
4 2 ta’ Ġunju 2016 8 ta’ Ġunju 2016 26 ta’ Lulju 2016 April 2016 Marzu 2016 49
5 21 ta’ Lulju 2016 27 ta’ Lulju 2016 13 ta’ Settembru 2016 Mejju 2016 Marzu 2016 49
6 8 ta’ Settembru 2016 14 ta’ Settembru 2016 25 ta’ Ottubru 2016 Lulju 2016 Ġunju 2016 42
7 20 ta’ Ottubru 2016 26 ta’ Ottubru 2016 13 ta’ Diċembru 2016 Awwissu 2016 Ġunju 2016 49
8 8 ta’ Diċembru 2016 14 ta’ Diċembru 2016 24 ta’ Jannar 2017 Ottubru 2016 Settembru 2016 42

Għal tagħrif ieħor tista’ ċċempel lil William Lelieveldt (+49 69 1344 7316).

Kuntatti midja