STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

3 ta' Novembru 2011

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’25 punt bażi għal 1.25%, mill-operazzjoni li għandha tiġi konkluża fid-9 ta’ Novembru 2011.
  2. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’25 punt bażi għal 2.00%, b’seħħ mid-9 ta’ Novembru 2011.
  3. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tonqos b’25 punt bażi għal 0.50%, b’seħħ mid-9 ta’ Novembru 2011.

Il-President tal-BĊE se jikkummenta dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li se tibda fis-2.30 p.m. CET illum.

Press conference

Kuntatti midja