STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE dwar il-ħatra ta' membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

3 ta' Marzu 2011

Fil-laqgħa ta’ llum, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv ma kellu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, is-Sur Peter Praet, li hu persuna ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u għandu esperjenza professjonali f’affarijiet monetarji jew bankarji, kif meħtieġ mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv u opinjoni tal-Parlament Ewropew, id-deċiżjoni dwar il-ħatra se tittieħed mill-Kunsill Ewropew, permezz tal-voti tal-membri tiegħu li huma wkoll membri taż-żona tal-euro.

L-opinjoni tal-BĊE, li se tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewoprea, tinsab fil-websajt tal-BĊE bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Legal framework

Kuntatti midja