European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet fuq il-politika monetarja

10 ta' Mejju 2007

Fil-laqgħa ta’ llum, li saret f’Dublin, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE iddeċieda li r-rata minima ta’ l-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati ta’ l-imgħax fuq il-faċilita` tas-self marġinali u l-faċilita` ta’ depożitu se jibqgħu l-istess, jiġifieri 3.75%, 4.75% u 2.75% rispettivament.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 ta’ wara nofsinhar (CET).

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja