STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Rati ċentrali ta' l-euro u rati ta’ l-intervent obbligatorju fl-ERM II

19 ta' Marzu 2007

Bis-saħħa tad-deċiżjoni li ttieħdet fis-16 ta’ Marzu 2007 (ara l-komunikat ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-istess data) dwar ir-rata ċentrali l-ġdida ta’ l-euro għall-koruna Slovakka fl-ERM II, il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska stabbilew, bi ftehim bejniethom, ir-rati l-ġodda ta’ l-intervent obbligatorju għall-koruna Slovakka fl-ERM II. Dan sar skond l-Artikolu 1.2 tal-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-euro, li jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim ta’ mekkaniżmu tar-rati tal-kambju fit-tielet stadju ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ĠU C 73, 25.3.2006, p.21), kif l-aħħar emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (ĠU C 14, 20.1.2007, p.6).

Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-krone Daniż, il-kroon Estonjan, il-lira Ċiprijotta, il-lats Latvjan, il-litas Litwan, u l-lira Maltija jibqgħu kif kienu.

Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-muniti ta’ l-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw fl-ERM II, fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2007
Pajjiż u munita EUR 1 =
Danimarka krone Daniż (DKK) Rata massima Rata ċentrali Rata minima 7.62824 7.46038 7.29252
Estonja kroon Estonjan (EEK) Rata massima Rata ċentrali Rata minima 17.9936 15.6466 13.2996
Ċipru lira Ċiprijotta (CYP) Rata massima Rata ċentrali Rata minima 0.673065 0.585274 0.497483
Latvja lats Latvjan (LVL) Rata massima Rata ċentrali Rata minima 0.808225 0.702804 0.597383
Litwanja litas Litwan (LTL) Rata massima Rata ċentrali Rata minima 3.97072 3.45280 2.93488
Malta lira Maltija (MTL) Rata massima Rata ċentrali Rata minima 0.493695 0.429300 0.364905
Slovakja koruna Slovakka (SKK) Rata massima Rata ċentrali Rata minima 40.7588 35.4424 30.1260

Tagħrif dwar il-konvenzjonijiet u l-proċeduri ta’ l-ERM II jinkisbu (bl-Ingliż) permezz ta’ din il-link: http://www.ecb.europa.eu/press/pr/date/2004/html/pr040628_1.en.html

Kuntatti midja