European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

7 ta' Diċembru 2006

Fil-laqgħa ta’ llum, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata minima ta’ l-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament ta’ l-Eurosistema se tiżdied b’25 punt bażi għal 3.50 %. Din se tidħol fis-seħħ minn meta ssir l-operazzjoni li għandha tiġi regolata fit-13 ta’ Diċembru 2006.
  2. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali se tiżdied b’25 punt bażi għal 4.50 %, b’seħħ mit-13 ta’ Diċembru 2006.
  3. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tiżdied b’25 punt bażi għal 2.50 %, b’seħħ mit-13 ta’ Diċembru 2006.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 ta’ wara nofsinhar (CET).

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja