STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Skedi għall-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE matul l-2006 u l-konferenzi ta’ l-istampa relatati

18 ta' Mejju 2005

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li fis-sena 2006 il-laqgħat tiegħu jibqgħu jsiru, bħala regola ġenerali, nhar il-Ħamis ta’ l-ewwel u t-tielet ġimgħa ta’ kull xahar.

Kif kien imħabbar fit-8 ta’ Novembru 2001, il-pożizzjoni tal-politika monetarja tal-BĊE tibqa’ tiġi stmata mill-Kunsill Governattiv, bħala regola ġenerali, matul l-ewwel laqgħa tax-xahar biss. Għalhekk, deċiżjonijiet dwar ir-rati ta’ l-imgħax normalment ser jibqgħu jittieħdu waqt dik il-laqgħa. Kull meta jiltaqa’ għat-tieni darba f’xahar, il-Kunsill Governattiv ser jittratta kwistjonijiet relatati ma’ dmirijiet u responsabbiltajiet tal-BĊE u ta’ l-Eurosistema. Ovvjament, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, il-Kunsill Governattiv jista’ xorta waħda jiddeċiedi li jbiddel ir-rati ewlenin ta’ l-imgħax tal-BĊE fi kwalunkwe ħin, bla ma jingħata każ ta’ laqgħat skedati minn qabel. Waqt il-laqgħa tal-31 ta’ Awwissu 2006 ser issir diskussjoni dwar il-politika monetarja, minflok laqgħa fil-bidu ta’ Settembru u, għalhekk, fil-31 ta’ Awwissu ssir stqarrija għall-istampa dwar id-deċiżjonijiet ta’ politika monetarja tal-BĊE. Barra dan, dak inhar issir ukoll konferenza ta’ l-istampa. L-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għall-2006 tieħu kont ukoll tal-fatt li perijodi ta’ manteniment ta’ riżervi jibdew fil-jum ta’ regolament ta’ l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li matula hi skedata li ssir l-istima ta’ kull xahar tal-pożizzjoni tal-politika monetarja.

Ukoll skond il-prassi stabbilita, żewġ laqgħat tal-Kunsill Governattiv ser jerġgħu jsiru barra minn Frankfurt: l-ewwel waħda fit-8 ta’ Ġunju 2006 tiġi milqugħa mill-Banco de España u t-tieni waħda fil-5 ta’ Ottubru 2006 tiġi milqugħa mill-Banque de France.

Il-Kunsill Ġenerali ddeċieda li għandha tinżamm il-prassi kurrenti ta’ laqgħat trimestrali.

Fl-aħħar, is-sistema kurrenti għall-konferenzi ta’ l-istampa ser tkompli, jiġifieri dawn isuru wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li matulha jittieħdu deċiżjonijiet dwar rati ta’ imgħax, minbarra l-laqgħa tat-3 ta’ Awwissu 2006.

Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2006

  • 12 ta’ Jannar 2006
  • 2 ta’ Frar 2006
  • 16 ta’ Frar 2006
  • 2 ta’ Marzu 2006
  • 16 ta’ Marzu 2006
  • 6 ta’ April 2006
  • 20 ta’ April 2006
  • 4 ta’ Mejju 2006
  • 18 ta’ Mejju 2006
  • 8 ta’ Ġunju 2006 (Madrid)
  • 22 ta’ Ġunju 2006
  • 6 ta’ Lulju 2006
  • 20 ta’ Lulju 2006
  • 3 ta’ Awwissu 2006
  • 31 ta’ Awwissu 2006
  • 14 ta’ Settembru 2006
  • 5 ta’ Ottubru 2006 (Pariġi)
  • 19 ta’ Ottubru 2006
  • 2 ta’ Novembru 2006
  • 16 ta’ Novembru 2006
  • 7 ta’ Diċembru 2006
  • 21 ta’ Diċembru 2006
  • 11 ta’ Jannar 2007

Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2006

  • 16 ta’ Marzu 2006
  • 22 ta’ Ġunju 2006
  • 14 ta’ Settembru 2006
  • 21 ta’ Diċembru 2006

Laqgħat ta’ l-istampa fl-2006

  • 12 ta’ Jannar 2006
  • 2 ta’ Frar 2006
  • 2 ta’ Marzu 2006
  • 6 ta’ April 2006
  • 4 ta’ Mejju 2006
  • 8 ta’ Ġunju 2006 (Madrid)
  • 6 ta’ Lulju 2006
  • 31 ta’ Awwissu 2006
  • 5 ta’ Ottubru 2006 (Pariġi)
  • 2 ta’ Novembru 2006
  • 7 ta’ Diċembru 2006
  • 11 ta’ Jannar 2007

Kuntatti midja