European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju fl-ERM ii

2 ta' Mejju 2005

Wara d-deċiżjonijiet meħuda fid-29 ta’ April 2005 (ara l-communiqué ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-istess data) dwar ir-rati ċentrali ta’ l-euro fl-ERM II għall-lira Ċiprijotta, il-lats Latvjan, u l-lira Maltija, ġew stabbiliti r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għal dawn il-muniti b’effett mill-2 ta’ Mejju 2005. Dawn huma stipulati fit-tabella hawn taħt.

Sar ftehim komuni fuq ir-rati ta’ l-intervent obbligatorju bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u s-Central Bank of Cyprus, il-Latvijas Banka u l-Bank Ċentrali ta' Malta, skond l-Artikolu 1.2 tal-Ftehim ta’ l-1 ta’ Settembru 1998 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri għal tħaddim ta’ mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet fażi ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ĠU C 345, 13.11.1998, p.6), kif l-aħħar emendat bil-Ftehim tas-16 ta’ Settembru 2004 (ĠU C 281, 18.11.2004, p. 3).

Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-krone Daniż, il-kroon Estonjan, il-litas Litwana u t-tolar Sloven jibqgħu l-istess.

Ir-rati ċentrali ta’ l-euro u r-rati ta’ l-intervent obbligatorju għall-muniti ta’ l-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw fl-ERM II, fis-seħħ fit-2 ta’ Mejju 2005
Pajjiż u munita EUR 1 =
Danimarka krone Daniż (DKK) Rata għolja
Rata ċentrali
Rata baxxa
7.62824
7.46038
7.29252
Estonja kroon Estonjan (EEK) Rata għolja
Rata ċentrali
Rata baxxa
17.9936
15.6466
13.2996
Ċipru Cyprus pound (CYP) Rata għolja
Rata ċentrali
Rata baxxa
0.673065
0.585274
0.497483
Latvja lats Latvjan (LVL) Rata għolja
Rata ċentrali
Rata baxxa
0.808225
0.702804
0.597383
Litwanja litas Litwana (LTL) Rata għolja
Rata ċentrali
Rata baxxa
3.97072
3.45280
2.93488
Malta lira Maltija (MTL) Rata għolja
Rata ċentrali
Rata baxxa
0.493695
0.429300
0.364905
Slovenja tolar Sloven (SIT) Rata għolja
Rata ċentrali
Rata baxxa
275.586
239.640
203.694
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja