STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Reviżjoni ta’ L-Istruttura Kollaterali ta’ l-Eurosistema: It-tieni stadju Biex Tiġi Stabbilita Lista Unika

5 ta' Awissu 2004

F’Ġunju 2003 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta bidu għal konsultazzjoni pubblika sabiex jiġbor l-opinjonijiet tal-parteċipanti tas-suq dwar miżuri għat-titjib ta’ l-istruttura kollaterali ta’ l-Eurosistema. Wara r-rispons pożittiv għal din l-inizjattiva, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE approva l-introduzzjoni gradwali ta’ “Lista Unika” fl-istruttura kollaterali ta’ l-Eurosistema (ara l-Istqarrija għall-Istampa ta’ l-10 ta' Mejju 2004) biex jissostitwixxi s-sistema kurrenti ta’ kollaterali eliġibbli fuq żewġ livelli. Il-BĊE ħabbar ukoll illi, bhala l-ewwel pass, kellu l-ħsieb illi jintroduċi fl-istruttura kollaterali tiegħu, kategorija ġdida ta’ assi illi qabel ma kienux eliġibbli (strumenti ta’ dejn denominati f’ewro u maħruġa minn entitajiet stabbiliti f’dak il-Grupp ta’ Għaxar Pajjiżi li ma' jiffurmawx parti miż-Żona Ekonomika Ewoprea).

Bhala tieni pass, il-Kunsill Governattiv illum approva l-prinċipju ta’ l-inklużjoni ta’ self mill-banek mill-pajjiżi kollha taż-żona ta’ l-ewro fil-“Lista Unika”. Il-modalitajiet u ż-żmienijiet preċiżi għall-eliġibilità tas-self mill-banek ser jiġu mxandra ladarba l-kwistjonijiet ta’ l-implimentazzjoni li jkunu għadhom pendenti jkunu ġew regolati. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll illi l-istrumenti ta’ dejn mhux kummerċjabbli sostnuti b’ipoteka bl-imnut (?), li kurrentement jinkludu biss kambjali Irlandiżi sostnuti b’ipoteka, ser jiġu inklużi fil-Lista Unika. Strumenti legali ta’ natura simili li jistgħu isiru disponibbli f’ġurisdizzjonijiet oħra taż-żona ta’ l-ewro ser jiġu wkoll ikkunsidrati għall-eliġibilità fil-Lista Unika. Madankollu, id-deċiżjoni biex dawn l-assi isiru eliġibbli hi soġġetta għall-kondizzjoni li l-elementi pendenti tat-tkomplija ta’ l-analiżi li għandha ssir fuq dan it-tip ta’ strument ma jirrivelawx xi problemi ġodda jew mhux mistennija li jaffettwaw l-eliġibilità ta’ dawn l-assi.

Fl-aħħar il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll illi l-ishma, li huma kurrentement eliġibbli bhala kollaterali tat-tieni livell fi Spanja, fl-Olanda u fil-Portugall, m’għandhomx jiġu inklużi fil-Lista Unika. Dawn l-assi sejrin għalekk jitneħħew gradwalment mill-eliġibilità skond skeda speċifika, li għandha tiġI mxandra fi żmien xieraq.

Kuntatti midja