Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (b’żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Settembru 2011

Komunikazzjoni esterna

Stqarrija dwar kwistjonijiet ewlenin marbuta maż-żona tal-euro

Fis-7 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv għamel stqarrija dwar kwistjonijiet li hu jqis li huma ta’ importanza ewlenija għaż-żona tal-euro. Din tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Stqarrija dwar id-deċiżjoni tal-Bank Nazzjonali Svizzeru dwar ir-rata tal-kambju tal-frank Svizzeru vis-à-vis l-euro

Fis-6 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv ħa nota tad-deċiżjoni unilaterali li ħa l-Bank Nazzjonali Svizzeru dwar ir-rata tal-kambju tal-frank Svizzeru vis-à-vis l-euro. Stqarrija għall-istampa dwar din id-deċiżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Operazzjonijiet tas-suq

Estensjoni tal-ftehim dwar il-faċilità ta’ swap mal-Bank of England

Fil-25 ta’ Awwissu 2011, bi qbil mal-Bank of England, il-Kunsill Governattiv ħabbar li l-arranġament dwar swap għal-likwidità li ż-żewġ banek ċentrali kkonkludew fis-17 ta’ Diċembru 2010 se jibqa’ jorbot sat-28 ta’ Settembru 2012. Dan l-arranġament kellu jintemm fl-aħħar ta’ Settembru 2011. Stqarrija għall-istampa dwar din l-aħbar tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Operazzjonijiet addizzjonali għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani li jkopru tmiem is-sena

Fl-14 ta’ Settembru 2011, bi qbil mal-Federal Reserve, il-Bank of England, il-Bank of Japan u l-Bank Nazzjonali Svizzeru, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jmexxi tliet operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani b’maturità ta’ bejn wieħed u ieħor tliet xhur li jkopru tmiem is-sena, barra l-operazzjonijiet ta’ sebat ijiem fid-dollaru Amerikan li jsiru kull ġimgħa. Stqarrija għall-istampa dwar din id-deċiżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Aġġornament tad-Dokumentazzjoni Ġenerali tal-BĊE

Fl-20 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv approva verżjoni ġdida ta’ “L-implimentazzjoni tal-politika monetarja fiż-żona tal-euro – dokumentazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema” u adotta l-Linja Gwida BĊE/2011/14 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Din il-verżjoni tad-Dokumentazzjoni Ġenerali tiġbor fiha l-emendi kollha li saru mill-aħħar aġġornament. Il-Linja Gwida BĊE/2011/14 tibda tgħodd mill-1 ta’ Jannar 2012 u se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-websajt tal-BĊE. Stqarrija għall-istampa dwar dan l-aġġornament għandha tidher fil-websajt tal-BĊE.

Is-sistemi ta’ pagament u l-infrastruttura tas-suq

Valutazzjoni komprensiva ta’ sorveljanza tal-EURO1

Fil-11 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv approva l-konklużjonijiet ta’ valutazzjoni ta’ sorveljanza tal-EURO1 – sistema ta’ pagament tas-settur privat għal pagamenti uniċi domestiċi u transkonfinali fl-euro bejn banek li joperaw fl-UE – skont il-prinċipji stabbiliti mill-Kumitat għas-Sistemi ta’ Pagament u Saldu. Ir-rapport dwar il-valutazzjoni se jiġi ppubblikat fil-websajt tal-BĊE iżjed ’il quddiem.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi għal-Liġi Slovena dwar il-prevenzjoni ta’ ħlasijiet tardivi

Fil-5 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Sloven (CON/2011/61).

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi għall-qafas legali Pollakk għas-sistemi ta’ pagament u sistemi ta’ kklerjar u saldu

Fil-5 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Pollakk (CON/2011/62).

Opinjoni tal-BĊE dwar l-introduzzjoni ta’ kontijiet omnibus fil-qafas legali Pollakk għas-sistemi ta’ kklerjar u saldu

Fis-17 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Pollakk (CON/2011/63).

Opinjoni tal-BĊE dwar il-protezzjoni kontra l-falsifikazzjoni u dwar il-preservazzjoni tal-kwalità taċ-ċirkolazzjoni tal-flus kontanti fil-Belġju

Fit-18 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique f’isem il-Ministeru tal-Finanzi Belġjan (CON/2011/64).

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal Regolament dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro u għal Regolament dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

Fit-23 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (CON/2011/65).

Opinjoni tal-BĊE dwar imposta speċjali fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fis-Slovakkja

Fit-23 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Slovakk (CON/2011/66).

Opinjoni tal-BĊE dwar rekwiżiti ta’ self responsabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Litwanja

Fis-26 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Lietuvos bankas (CON/2011/67).

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-ratifika mill-Italja ta’ emenda għall-Istatut tal-Fond Monetarju Internazzjonali u żieda fil-kwota

Fis-7 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi (CON/2011/68).

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri ġodda li jsaħħu s-superviżjoni u l-infurzar fir-regolamentazzjoni finanzjarja fl-Irlanda

Fid-9 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministru tal-Finanzi Irlandiż (CON/2011/69).

Opinjoni tal-BĊE dwar l-awtorizzazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-bordijiet superviżorji tal-banek fis-Slovenja

Fid-9 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Sloven (CON/2011/70).

Opinjoni tal-BĊE dwar il-kategoriji ta’ intermedjarji awtorizzati biex iżommu kontijiet għal titoli dematerjalizzati ddenominati f’munita barranija jew unitajiet ta’ kont fil-Belġju

Fil-15 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Belġjan (CON/2011/71).

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi għar-reġim Grieg dwar ix-xoljiment ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

Fid-19 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Grieg (CON/2011/72).

Statistika

Atti legali tal-BĊE dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

Fil-25 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta r-Regolament BĊE/2011/12 li jemenda r-Regolament BĊE/2008/32 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u l-Linja Gwida BĊE/2011/13 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq, li kienu ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-3 ta’ Settembru 2011 u jinsabu wkoll fil-websajt tal-BĊE.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal

Fil-25 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/11 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji 2011-16. Ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-2 ta’ Settembru 2011 u tinsab ukoll fil-websajt tal-BĊE.

Presidenza tal-Kumitat tal-BĊE għall-Baġit (BUCOM)

Fit-8 ta’ Awwissu 2011 il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur Malo de Molina (Direttur Ġenerali għall-Ekonomija, l-Istatistika u r-Riċerka fil-Banco de España) bħala President tal-BUCOM, b’seħħ immedjat. Il-mandat tiegħu bħala President tal-BUCOM jintemm fil-31 ta’ Awwissu 2013, biex jaħbat ma’ tmiem il-mandati tal-presidenti l-oħra tal-kumitati tal-Eurosistema u tas-SEBĊ, li nħatru mill-Kunsill Governattiv fit-22 ta’ Lulju 2010 għal perjodu ta’ tliet snin.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja