Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Muniti kommemorattivi ta’ €2 – 2008

Belt tal-Vatikan

Tema: Is-Sena ta’ San Pawl – L-2000 anniversarju tat-twelid tiegħu

Deskrizzjoni: Fuq il-munita hemm xbieha tal-konverżjoni ta' San Pawl fit-triq li twassal għal Damasku, li tidher fl-isfond. Mgħammex minn dawl ġej mis-sema, il-qaddis jaqa' minn fuq iż-żiemel tiegħu, li jidher imnaffar. Fuq in-naħa tax-xellug tax-xbieha hemm kitba li tindika l-pajjiż tal-ħruġ ‘CITTÀ DEL VATICANO’ u fuq il-lemin hemm l-iskrizzjoni ‘ANNO SANCTO PAULO DICATO’ (is-Sena ta’ San Pawl) kif ukoll is-sena ‘2008’, il-marka taz-zekka ‘R’ u isem id-disinjatur ‘Veroi’. L-inizjali tal-inċiżur ‘L.D.S. INC.’, Luciana De Simoni, jidhru taħt ix-xbieha. Fiċ-ċirku ta' barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 100,000 munita

Data tal-ħruġ: Ottubru 2008

Il-Finlandja

Tema: Is-60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni: F'disinn tal-iskultur Tapio Kettunen, fuq il-munita jidher bniedem fi spazju forma ta' qalb, u iżjed 'l isfel hemm il-kliem ‘HUMAN RIGHTS’. L-ittri ‘FI’ għall-Finlandja, ‘K’ għall-iskultur kif ukoll il-marka taz-zekka jidhru fin-naħa t'isfel tal-parti ta' ġewwa tal-munita, filwaqt li s-sena tal-ħruġ ‘2008’ tidher fin-naħa ta' fuq. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 1.5 miljun munita

Data tal-ħruġ: Ottubru 2008

Il-Portugall

Tema: Is-60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni: Fin-naħa ta' fuq tal-munita hemm l-istemma araldika Portugiża, bl-isem tal-pajjiż li ħariġha (‘PORTUGAL’) u s-sena ‘2008’ taħtha eżatt. Fin-nofs t'isfel tal-munita hemm disinn ġeometriku u l-kliem ‘60 ANOS DA DECLARAÇÃO UNIVERSAL DOS DIREITOS HUMANOS’ (60 Sena mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem) flimkien mal-iskrizzjoni ‘Esc. J. Duarte INCM’ b'ittri żgħar ħafna. Fiċ-ċirku ta' barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 1 miljun munita

Data tal-ħruġ: Settembru 2008

Franza

Tema: Il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-tieni nofs tal-2008

Deskrizzjoni: Fuq il-munita hemm il-kitba li ġejja: ‘2008 PRÉSIDENCE FRANÇAISE UNION EUROPÉENNE RF’ (2008 Presidenza Franċiża Unjoni Ewropea Repubblika Franċiża). Il-marka taz-zekka u l-marka tal-istampatur jinsabu n-naħa t'isfel, fuq ix-xellug u l-lemin rispettivament. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 20 miljun munita

Data tal-ħruġ: Lulju 2008

Is-Slovenja

Tema: Il-500 anniversarju tat-twelid ta' Primož Trubar

Deskrizzjoni: Fuq il-munita hemm profil tal-effiġja ta' Primož Trubar. L-iskrizzjonijiet ‘PRIMOŽ TRUBAR’ u ‘1508 • 1586’ jidhru fuq ix-xellug, u ‘SLOVENIJA 2008’ tidher isfel fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ Miljun munita

Data tal-ħruġ: Mejju 2008

Il-Belġju

Tema: Is-60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni: Fuq il-munita hemm linji mmewwġin madwar rettangolu li fih tidher iċ-ċifra 60. Is-sena ‘2008’ tidher imnaqqxa 'l fuq mir-rettangolu filwaqt li l-kliem ‘UNIVERSAL DECLARATION OF HUMAN RIGHTS’ (Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem) jinsab taħt ir-rettangolu. L-isem tal-pajjiż, bit-tliet lingwi uffiċjali tiegħu, qiegħed fin-naħa ta' isfel: ‘BELGIE – BELGIQUE – BELGIEN’. Il-marka taz-zekka u l-marka tal-istampatur jinsabu fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tad-disinn rispettivament. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 5 miljun munita

Data tal-ħruġ: Mejju 2008

San Marino

Tema: Is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali

Deskrizzjoni: Fuq il-munita hemm siluwett ta' ħames figuri umani bħala simbolu tal-kulturi tal-ħames reġjuni tal-Ewropa, flimkien mat-testi sagri tad-diversi komunitajiet. L-iskrizzjoni ‘ANNO EUROPEO DEL DIALOGO INTERCULTURALE’ (is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali) tidher taħt ix-xbieha, filwaqt li ‘SAN MARINO’ u s-sena tal-ħruġ ‘2008’ jidhru ’l fuq minnha. L-inizjali tad-disinjatur ‘E.L.F.’, Ettore Lorenzo Frapiccini, jidhru fuq in-naħa tal-lemin tax-xbieha, u l-marka taz-zekka ‘R’ tidher fuq ix-xellug. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 130,000 munita

Data tal-ħruġ: April 2008

L-Italja

Tema: Is-60 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Deskrizzjoni: Fuq il-munita jidhru raġel u mara b'fergħa taż-żebbuġ, sbula tal-qamħ, rota tal-ingranaġġ u fildiferru mxewwek – simboli tad-dritt għall-paċi, l-ikel, ix-xogħol u l-ħelsien rispettivament. Il-monogramma tar-Repubblika Taljana ‘RI’, kif ukoll is-sena tal-ħruġ ‘2008’ jinsabu bejn iż-żewġ figuri. Fin-naħa t’isfel tax-xbieha hemm ħoloq ta’ katina li jiffurmaw in-numru ‘60’ u l-iskrizzjoni ‘DIRITTI UMANI’ (Drittijiet tal-Bniedem). L-inizjali ‘MCC’ tad-disinjatriċi Maria Carmela Colaneri u l-marka taz-zekka ‘R’ jidhru fuq il-lemin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 5 miljun munita

Data tal-ħruġ: April 2008

Il-Lussemburgu

Tema: Il-Gran Duka Henri u x-Château de BergDeskrizzjoni:

Deskrizzjoni: Fuq il-munita hemm xbieha tal-Gran-Duka Henri u tax-‘Château de Berg’, ir-residenza uffiċjali. Fin-naħa ta’ fuq hemm is-sena tal-ħruġ ‘2008’ u fil-ġnub tagħha hemm il-marka taz-zekka u l-marka tal-ħanut tal-inċiżur. Fin-naħa t'isfel tad-disinn jidher l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘LËTZEBUERG’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1.3 miljun munita

Data tal-ħruġ: Frar 2008

Il-Ġermanja

Tema: L-Istat Federali ta’ Hamburg

Deskrizzjoni: Fuq il-munita hemm xbieha tal-knisja barokka ta' St. Michaelis, jew "Michel" kif inhi popolarment magħrufa. Din hija simbolu tal-belt u l-istat federali ta’ Hamburg, kif jidher fl-iskrizzjoni li tidher taħt ix-xbieha. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea, flimkien mas-sena tal-ħruġ ‘2008’ u l-kliem ‘BUNDESREPUBLIK DEUTSCHLAND’ (Repubblika Federali tal-Ġermanja). Il-marka taz-zekka ‘D’ tidher fin-naħa ta' fuq tal-lemin tal-munita.

Volum tal-ħruġ: 30 miljun munita

Data tal-ħruġ: Frar 2008