Xogħol strutturali

Bidu tal-kostruzzjoni

Pjanta tas-sit

Pjanta tas-sit

© Bank Ċentrali Ewropew

Ix-xogħol tal-kostruzzjoni għall-bini l-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) se jibda fir-rebbiegħa tal-2010. Il-parti tax-"Xogħol strutturali" tikkonsisti minn xogħol strutturali għall-bini kollu, inklużi l-kwartieri ġodda tal-BĊE, ix-xogħol meħtieġ tal-azzar u r-restawr tal-Grossmarkthalle.

Bini tal-kwartieri l-ġodda

Id-disinn strutturali taż-żewġ torrijiet tal-uffiċċji hu bbażat fuq kostruzzjoni ta' qafas tal-konkrit rinfurzat. It-torri tat-tramuntana se jkun ta' 45 sular, u dak tan-Nofsinhar se jkun ta' 43 sular. Puntali tal-azzar u pjattaformi fl-atriju jgħaqqdu ż-żewġ torrijiet flimkien biex joħolqu struttura statika waħdanija.

Restawr tal-Grossmarkthalle

Parti kbira mix-xogħol tal-kostruzzjoni tiffoka fuq ir-restawr tal-Grossmarkthalle, li nbena skond id-disinn tal-Professur Martin Elsaesser tul il-perijodu 1926-28. Id-dehra fundamentali tal-Grossmarkthalle se tinżamm kif inhi, bir-retawr tal-faċċati u l-uċuħ skond l-ordni ta' preżervazzjoni.
Il-faċilitajiet funzjonali l-ġodda tal-BĊE - ċentru għall-konferenzi u għall-viżitaturi, restorant għall-istaff, kafetterija u żona għall-konferenzi stampa– se jiġu integrati fid-daħla bħala binjiet individwali interni (kunċett ta' dar f'dar) u se jinbnew bħala struttura komposta tal-konkrit rinfurzat.

Skeda

Ix-xogħol strutturali għandu jitlesta sar-rebbiegħa tal-2012.