European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kunsill Ġenerali

Il-Kunsill Ġenerali hu magħmul mill-President u l-Viċi President tal-BĊE u mill-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE.

Fi kliem ieħor, il-Kunsill Ġenerali jinkludi rappreżentanti tal-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro u tal-pajjiżi kollha li mhumiex fiż-żona tal-euro fl-UE.

Il-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv, il-President tal-Kunsill tal-UE u membru wieħed tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali iżda m’għandhomx id-dritt tal-vot.

Responsabbiltajiet

Il-Kunsill Ġenerali jista’ jitqies bħala korp tranżitorju. Għandu d-dmirijiet li wiret mingħand l-Istitut Monetarju Ewropew u li l-BĊE meħtieġ li jwettaq fit-Tielet Fażi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja minħabba li sa’ issa mhux l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea adottaw l-euro.
Il-Kunsill Ġenerali jikkontribwixxi wkoll biex:

  • jitwettqu l-funzjonijiet konsultattivi tal-BĊE;
  • għall-ġbir ta’ informazzjoni statistika;
  • għat-tħejjija tar-rapporti annwali tal-BĊE;
  • għall-iffissar tar-regoli neċessarji għall-istandardizzazzjoni tal-kontabilità u r-rappurtar tal-operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN);
  • għat-teħid ta’ miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-istabbiliment tal-iskemi għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE għajr dawk diġà stipulati fit-Trattat;
  • għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet tal-impjiegi tal-personal tal-BĊE; u
  • għall-preparamenti neċessarji għall-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju tal-muniti tal-“Istati Membri li għandhom deroga” fil-konfront tal-euro.

Skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Ġenerali jiġi xolt meta l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea jkunu daħħlu l-munita unika.

Membri

Christine Lagarde

President tal-BĊE

Luis de Guindos

Viċi President tal-BĊE

Pierre Wunsch

Gvernatur, Nationale Bank van België / Banque Nationale de Belgique

Dimitar Radev

Gvernatur, Българска народна банка (Bulgarian National Bank)

Aleš Michl

Gvernatur, Česká národní banka

Christian Kettel Thomsen

Gvernatur, Danmarks Nationalbank

Joachim Nagel

President, Deutsche Bundesbank

Madis Müller

Gvernatur, Eesti Pank

Gabriel Makhlouf

Gvernatur, Central Bank of Ireland

Yannis Stournaras

Gvernatur, Bank of Greece

Pablo Hernández de Cos

Gvernatur, Banco de España

François Villeroy de Galhau

Gvernatur, Banque de France

Boris Vujčić

Gvernatur, Hrvatska narodna banka

Fabio Panetta

Gvernatur, Banca d'Italia

Constantinos Herodotou

Gvernatur, Central Bank of Cyprus

Mārtiņš Kazāks

Gvernatur, Latvijas Banka

Gediminas Šimkus

President tal-Bord, Lietuvos bankas

Gaston Reinesch

Gvernatur, Banque centrale du Luxembourg

György Matolcsy

Gvernatur, Magyar Nemzeti Bank

Edward Scicluna

Gvernatur, Bank Ċentrali ta’ Malta

Klaas Knot

President, De Nederlandsche Bank

Robert Holzmann

Gvernatur, Oesterreichische Nationalbank

Adam Glapiński

Gvernatur, Narodowy Bank Polski

Mário Centeno

Gvernatur, Banco de Portugal

Mugur Constantin Isărescu

Gvernatur, Banca Națională a României

Boštjan Vasle

Gvernatur, Banka Slovenije

Peter Kažimír

Gvernatur, Národná banka Slovenska

Olli Rehn

Gvernatur, Suomen Pankki - Finlands Bank

Erik Thedéen

Gvernatur, Sveriges riksbank

Il-paġni kollha f’din it-taqsima