Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Projezzjonijiet makroekonomiċi

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi għandhom l-għan li jbassru u jifhmu l-istat futur tal-ekonomija fuq skala wiesgħa. Dawn jinkludu informazzjoni relatata mat-tkabbir ekonomiku, l-inflazzjoni, il-pagi, il-qgħad u l-kummerċ.

Il-persunal tal-Eurosistema u l-BĊE jipproduċu projezzjonijiet makroekonomiċi li jkopru l-prospetti għaż-żona tal-euro u l-ekonomija globali usa'. Dawn jikkontribwixxu għall-valutazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-iżviluppi ekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet.

Jiġu ppubblikati erba' darbiet fis-sena (f'Marzu, f’Ġunju, f’Settembru u f’Diċembru).

Ġunju 2024
Daqqa t’għajn

Prospetti dwar l-inflazzjoni

L-inflazzjoni hija pprojettata li tiċċaqlaq ġeneralment laġenba fit-terminu fil-qrib qabel ma tmur lura għall-mira hekk kif il-pressjonijiet tal-kostijiet ibattu u l-impatt tad-deċiżjonijiet imgħoddija tal-politika monetarja gradwalment jiffiltraw għall-prezzijiet tal-konsumaturi.

Aktar
Prospetti dwar il-prodott domestiku gross

It-tkabbir ekonomiku se jkun appoġġat b’żieda fid-dħul għall-unitajiet domestiċi, suq tax-xogħol reżiljenti, żieda fil-kunfidenza u domanda barranija aktar b’saħħitha, filwaqt li l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament se jkunu anqas restrittivi.

Aktar

Ir-rapport sħiħ

Ir-rapport sħiħ fih valutazzjoni dettaljata tal-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-euro.

Aqra r-rapport

Projezzjonijiet attwali u tal-imgħoddi

Qabbel il-projezzjonijiet storiċi tagħna tal-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. Il-projezzjonijiet tal-imgħoddi għaż-żona tal-euro u l-pajjiżi taż-żona tal-euro huma disponibbli biex jitniżżlu.

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi kollha tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima