Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Ħarsa Ġenerali Lejn l-Istatistika tal-BĊE

L-istatistika hija essenzjali biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati

Statistika finanzjarja u monetarja soda tgħinna nieħdu deċiżjonijiet infurmati. Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jipprovdu statistika uffiċjali dwar is-saħħa tal-ekonomija. Din l-istatistika tappoġġa l-aspetti kollha tax-xogħol tal-BĊE, inklużi l-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni bankarja.

L-importanza tal-istatistika

FATTI EWLENIN

25%

Żieda fil-ġid nett tas-sidien ta' unitajiet domestiċi

Il-Kontijiet il-ġodda tagħna dwar il-Ġid Distribuzzjonali juru li l-ġid nett tas-sidien tal-unitajiet domestiċi taż-żona euro żdied b'25% matul dawn l-aħħar ħames snin, meta mqabbel ma' 19% għal dawk li mhumiex sidien ta' djarhom. Il-blog post tagħna joffri aktar dettalji u jqabbel is-sett ġdid ta' data ma' settijiet oħra ta' data dwar id-distribuzzjoni tal-ġid.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Aċċess għad-data tagħna

Lista tal-pjattaformi u s-servizzi kollha li tista’ tuża biex ikollok aċċess għar-riżorsi tad-data tagħna.

Is-servizzi tad-data tagħna

Analiżi tad-distribuzzjoni tal-ġid

Bħala parti mill-valutazzjoni tagħna ta’ kif id-distribuzzjoni tal-introjtu u tal-ġid tinteraġixxi mal-politika monetarja, aħna bdejna nippubblikaw data trimestrali u f’waqtha dwar id-distribuzzjoni tal-ġid tal-unitajiet domestiċi, konsistenti mal-kontijiet nazzjonali.

Stqarrija għall-istampa

Inċekknu l-lakuna dwar id-data tal-klima

Bħala parti mill-aġenda klimatika tagħna, ippubblikajna sett inizjali ta’ indikaturi relatati mal-klima biex nanalizzaw kif it-tibdil fil-klima se jaffettwa s-settur finanzjarju. Dan huwa parti mill-isforzi tagħna biex innaqqsu d-distakk fid-data dwar il-klima u nissorveljaw it-tranżizzjoni ekoloġika.

Indikaturi relatati mal-klima

Esplora l-inflazzjoni taż-żona tal-euro b’mod interattiv

Kif titkejjel l-inflazzjoni u x’inhi d-differenza bejn l-inflazzjoni mkejla u l-inflazzjoni perċepita? Sib data paragunabbli u dejjem aġġornata dwar l-inflazzjoni b’viżwali interattivi u l-kalkulatur personali tiegħek dwar l-inflazzjoni, disponibbli fi 23 lingwa tal-UE.

Skopri iżjed

Itlob informazzjoni statistika mill-BĊE

Qed tfittex statistika speċifika tal-BĊE? Aħna nsegwu politika ta’ aċċess b’xejn u użu mill-ġdid bla ħlas għall-istatistika pubblikata tagħna. Ibgħatilna talba li tispeċifika dak li int interessat fih u aħna nirrisponduk malajr kemm jista’ jkun.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima